Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/122717
Title: Ġesù ħobż tal-ħajja
Authors: Ghirlando, Marcello
Keywords: Bible. New Testament
Jesus Christ -- Biblical teaching
Issue Date: 2023
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Ghirlando, M. (2023). Ġesù ħobż tal-ħajja. Lehen l-Art Imqaddsa, 44(221), 29-42.
Abstract: Aħna l-insara spiss nippruvaw inġeddu l-fidi tagħna fil-presenża reali ta’ Ġesù fl-Ewkaristija. Din il-fidi tagħna kontinwament tirreferina lejn il-kliem tal-Mulej fl-aħħar ċena, kif insibuhom miktuba fir-rakkonti li jagħtuna l-Vanġeli Sinottiċi, jiġifieri l-Vanġeli miktuba minn San Mattew (26:26-29), San Mark (14:22-25) u San Luqa (22:14-20). Imma rridu niftakru li kien San Pawl, fil-bidu tas-snin ħamsin wara Kristu, li huwa l-ewwel kittieb tal-Ġdid Testment li jagħtina r-rakkont tat-twaqqif ta’ l-Ewkaristija. Dan jagħmlu huwa u jikteb l-Ewwel Ittra tiegħu lill-Korintin fejn jagħtina l-essenzjal rigward it-twemmin nisrani fl-Ewkaristija, daqs għoxrin sena biss wara l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù (1Kor 11:23-26): “Jien irċevejt mingħand il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom, jiġifieri, li l-Mulej Ġesù, fil-lejl li fih kien ittradut, ħa l-ħobż u wara li radd il-ħajr, qasmu u qal: ‘Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan b’tifkira tiegħi’. Hekk ukoll għamel bil-kalċi wara li kiel u qal: ‘Dan il-kalċi hu l-patt il-ġdid b’demmi; agħmlu dan kull meta tixorbu b’tifkira tiegħi’. Mela kull meta tieklu dan il-ħobż u tixorbu dan il-kalċi, intom ixxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi”.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/122717
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 221 : Lulju-Settembru : 2023

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ġesù_ħobż_tal_ħajja.pdf1.1 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.