Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123404
Title: | Riċerka kwalitattiva naturalistika |
Authors: | Borg, Claudine |
Keywords: | Translators -- Training of Translating and interpreting -- Methodology Literature -- Translations -- History and criticism |
Issue Date: | 2024 |
Publisher: | AIETI |
Citation: | Borg, C. (2024). Riċerka Kwalitattiva Naturalistika. In J. Franco, & R. Muñoz (Eds.), Encyclopedia of Translation and Interpreting (ENTI). Madrid: AIETI. |
Abstract: | Ir-riċerka kwalitattiva hija waħda mit-tliet paradimmi metodoloġiċi ta’ riċerka; it-tnejn l-oħra huma r-riċerka kwantitattiva u r-riċerka b’metodi mħallta. It-terminu riċerka kwalitattiva jiġbor fih approċċi għal investigazzjonijiet empiriċi li jinvolvu l-ġbir, l-analiżi u l-preżentazzjoni ta’ data f’forma narrattiva. B’mod wiesa’ ħafna, ir-riċerka kwalitattiva tinvolvi prinċipalment investigazzjonijiet esploratorji u naturalistiċi f’kuntesti mill-ħajja reali biex tinġabar u tiġi analizzata data mhux numerika, sabiex nifhmu b’mod komprensiv ir-realtà soċjali tal-individwi, jiġifieri biex nesploraw fenomeni soċjali u nifhmu kif u għaliex iseħħu. Din l-entrata tiffoka speċifikament fuq riċerka kwalitattiva empirika fl-Istudji tat-Traduzzjoni (ST), jiġifieri, fuq investigazzjonijiet kwalitattivi mwettqa f’ambjenti naturalistiċi. Fl-ST, ir-riċerka kwalitattiva tesplora l-imġiba, il-perċezzjonijiet, l-esperjenzi, il-proċessi tat-tradutturi, u l-bqija biex tifhem fil-fond kif iseħħu t-traduzzjonijiet, kif it-tradutturi jwettqu xogħolhom, il-motivazzjonijiet u l-emozzjonijiet tagħhom, kif jirrelataw mat-testi, l-għodod, il-kollegi, eċċ. Fost il-karatteristiċi ċentrali tar-riċerka kwalitattiva nsibu n-natura suġġettiva, interprettativa u induttiva tagħha, filwaqt li l-limitazzjonijiet tagħha jinkludu n-nuqqas ta’ ġeneralizzazzjoni, is-suġġettività, u l- preġudizzji u l-effett tal-osservatur/intervistatur. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123404 |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacArtTTI |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Riċerka_kwalitattiva_naturalistika.pdf | 3.33 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.