Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123454
Title: It-traduzzjoni u l-identità Maltija
Other Titles: L-ilsien Malti għal qalbi
Authors: Borg, Claudine
Keywords: Translators -- Malta
Maltese language -- Translating
Language and languages -- Study and teaching
Translating and interpreting -- Study and teaching
Maltese language -- History
Issue Date: 2024
Publisher: Klabb Kotba Maltin
Citation: Borg, C. (2024). It-traduzzjoni u l-identità Maltija. In K. Azzopoardi, J.P. Borg, T. Pace, & J. Somerville, (Eds)., L-Ilsien Malti għal Qalbi (pp. 43-45). Santa Venera: Klabb Kotba Maltin.
Abstract: It-traduzzjoni mhix l-ewwel ħaġa li normalment tiġina f’moħħna meta naħsbu fl-identità Maltija u f’dak li jsawwarha. Madankollu – kif isostni Michael Cronin fi Translation and Identity – meta niddiskutu kwistjonijiet relatati mal-identità f’soċjetà umana, it-traduzzjoni għandha tkun fiċ-ċentru ta’ ħsibijietna. It-traduzzjoni, infatti, kellha u għad għandha sehem sinifikanti fit-tiswir tal-identità nazzjonali tagħna, speċjalment fejn jidħlu l-lingwa u l-letteratura Maltija. Kif? It-traduzzjoni xprunat il-kitba bil-Malti. Skont Storja tal-Ilsien u l-Letteratura Maltija - Kronoloġija ta’ Mario Cassar, wara l-Kantilena, waħda mill-ewwel kitbiet letterarji bil-Malti li nafu bihom sa issa hija traduzzjoni: il-poeżija “Lill-Gran Mastru Cottoner” ta’ Giovanni Francesco Bonamico, miktuba bil-Franċiż u maqluba minnu stess għall-Malti. Warajha nsibu l-poeżija ta’ awtur anonimu Għawdxi “Jaħasra Mingħajr Ħtija,” u mbagħad hemm it-traduzzjoni bil-Malti tal-Pater Noster. Meta nanalizzaw din il-lista nindunaw kemm tassew it-traduzzjoni tat spinta lill-Malti. Milli jidher l-ewwel ktieb stampat bil-Malti kien ukoll traduzzjoni, din id-darba mit-Taljan, ta’ test reliġjuż: Tagħlim Nisrani, tal-Kardinal Bellarmino u maqlub għall-Malti minn Dun Franġisk Wizzino.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123454
ISBN: 9789993279921
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtTTI

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
It_traduzzjoni_u_l_identità_Maltija.pdf81.52 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.