Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123874
Title: | Il-Malti f’Malta u fl-amministrazzjoni pubblika |
Other Titles: | L-ilsien Malti għal qalbi |
Authors: | Pace, Thomas |
Keywords: | Maltese language -- Malta Public administration -- Language -- Malta Bilingualism -- Malta Native language -- Malta |
Issue Date: | 2024 |
Publisher: | L-Uffiċċju tal-President ta’ Malta and Klabb Kotba Maltin |
Citation: | Pace, T. (2024). Il-Malti f’Malta u fl-amministrazzjoni pubblika. In K. Azzopardi, J. P. Borg, T. Pace, & J. Somerville (Eds.), L-Ilsien Malti għal Qalbi (pp. 75-93). Malta: L-Uffiċċju tal-President ta’ Malta and Klabb Kotba Maltin. |
Abstract: | F’diskursata dwar il-lingwa spiss jingħad kemm għandna għax inkunu kburin bil-Malti: “Hawn pajjiżi ferm ikbar minn tagħna li jużaw il-lingwa ta’ ħaddieħor, u aħna – daqsxejn ta’ gżira – ixxurtjati li għandna l-ilsien tagħna.” Tisma’ li għandna nagħmlu “minn kollox” biex il-lingwa “nibżgħu għaliha” u “ma nitilfuhiex” għax tagħtina identità. Imma meta tipprova toħdilhom minn rashom x’jifhmu b’“minn kollox” ħafna qajla jsemmulek, ngħidu aħna, li jistgħu jibdew huma stess mid-dar billi jkellmu lil uliedhom u lin-neputijiet żgħar bil-Malti. Il-lingwa b’hekk “nibżgħu għaliha” għax ngħadduha lill-ġenerazzjonijiet li tilgħin f’kull kuntest. Jekk lit-tfal inrawmuhom jesprimu ruħhom aktar jew bl-Ingliż biss, għada pitgħada wħud minnhom ikunu l-uffiċjali pubbliċi li jużaw l-Ingliż biss fuq ix-xogħol għax il-Malti ma jħossuhx naturali. U nibqgħu nisimgħu l-ilmenti (ġusti) li l-Malti qed inwarrbuh. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/123874 |
ISBN: | 9789993279921 |
Appears in Collections: | L-ilsien Malti għal qalbi |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
IlMalti_fMalta_u_flamministrazzjoni_pubblika_2024.pdf | 398.12 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.