Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124384
Title: | Mill-Arkivji : Programme 63 : Sabrina Calleja Jackson |
Authors: | D'Anastas, Noel Calleja Jackson, Sabrina |
Keywords: | Mill-Arkivji (Radio program) Documentary radio programs -- Malta -- 21st century Archives -- Malta Malta -- History -- Sources Malta -- Archival resources Calleja Jackson, Sabrina National Archives of Malta (Rabat, Malta). National Audio-Visual Institute Audio-visual archives -- Malta Audio-visual materials -- Conservation and restoration -- Malta Cataloging of audio-visual materials -- Malta Acquisition of audio-visual materials -- Malta European Digital Treasures: Management of centennial archives in the 21st century (Project) |
Issue Date: | 2024-05-05 |
Citation: | D'Anastas, N. & Calleja Jackson, S. (2024, May 5). Mill-Arkivji : Programme 63 : Sabrina Calleja Jackson [Radio broadcast]. NET FM |
Abstract: | Fil-programm ‘Mill-Arkivji’ tal-5 ta’ Mejju 2024 se niltaqgħu ma’ Sa Sabrina Calleja Jackson, arkivista fl-Istitut Nazzjonali Awdjo-Viżwali (NAVI) fi ħdan l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta. L-irwol ta’ Calleja Jackson hu li tippreserva tejps awdjo, films, ritratti, CDs, eċċ, flimkien mal-iżvilupp ta’ skemi ta’ klassifikazzjoni, katalogar u għajnuna għas-sejba għal dan il-materjal. Sabrina Calleja Jackson, għandha grad ta’ Maġisteru fil-Fine Arts, Siti u Arkivjar mill-Università ta’ Central Lancashire, Preston, ir-Renju Unit. Esperjenzi preċedenti jinkludu Program Executive fi Spazju Kreattiv, St James Cavalier li jiffoka fuq il-programmi tal-arti viżiva u taċ-ċinema, inkluż is-sorveljanza ġenerali u l-arkivji ta’ xogħlijiet tal-arti li jiffurmaw parti mill-Kollezzjoni Nazzjonali ta’ Malta. Ħadmet ukoll bħala Kuratur f’Heritage Malta - MUŻA, il-Mużew tal-Arti, fejn assistiet lill-Kuraturi Anzjani u Prinċipali fit-tmexxija ta’ kuljum tal-mużew u l-arkivjar, ir-reġistrazzjoni, u l-katalogar ta’ artefatti li jiffurmaw parti mill-kollezzjoni tal-Mużew. Sabrina Calleja Jackson se titkellem fit-tul fuq il-ħidma tagħha ta’ katalogar u l-modi ta’ preservazzjoni fuq il-kwantita’ kbira ta’ materjal awdjo-viżiv li għandu l-Arkivji Nazzjonali bil-għan li dawn ikunu wkoll aċċessibbli. Titkellem fuq il-kollezzjonijiet ta’ Herbert Frederick Rogers, Stanley Fraser, Ġużeppi Galea, George Said, u l-films li kellu Cecil Satariano fost kollezzjonijiet oħra. Magħhom jissemmew ukoll iż-żigarelli tal-għana ta’ Leli Muscat li ġew diġitizzati. Kif jitnaddfu r-ritratti u l-filmati, u xi jsir għall-preservazzjoni tagħhom? X’jinvolvi l-katalogar tagħhom? Is-Sa Calleja Jackson titkellem ukoll fuq il-proġett tal-European Digital Treasures li l-Arkivji Nazzjonali huwa fost is-seba’ istituzzjonijiet imsieħba minn seba’ pajjiżi Ewropej li qed jikkolaboraw f’dan il-proġett. Diġa ttellgħu tliet wirjiet, u fil-preżent fi Spazju Kreatiiv fil-Belt hemm wirja ta’ films qosra mwassla mill-Arkivji Nazzjonali. Il-wirja li hi fi ħdan il-proġett tat-Teżori Diġitali Ewropej titratta dwar il-ġestjoni ta’ arkivji ċentinarji fis-seklu 21. Dawn il-films qosra huma maħluqa minn dawn is-seba’ istituzzjonijiet kulturali Ewropej. Il-wirja li hi bla ħlas se tibqa miftuħa sat-12 ta’ Mejju. Għal aktar tagħrif żur is-sit tat-Teżori DIġitali Ewropej. |
Description: | Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124384 |
Appears in Collections: | Mill-Arkivji (Radio programme) |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Mill-Arkivji 63 Sabrina Calleja Jackson 5 MAY 2024.mp3 | 85.22 MB | Unknown | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.