Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124418
Title: Mill-Arkivji : Programme 69 : Antida Mizzi
Authors: D'Anastas, Noel
Mizzi, Antida
Keywords: Mill-Arkivji (Radio program)
Documentary radio programs -- Malta -- 21st century
Archives -- Malta
Malta -- History -- Sources
Malta -- Archival resources
Mizzi, Antida
University of Malta -- Archives
University of Malta. Library. Archives & Special Collections Department
University of Malta. Library. Melitensia
Wettinger, Godfrey, 1929-2015 -- Archives
Saydon, Pietru Pawl, 1895-1971 -- Archives
Lanfranco, Guido G., 1930-2021 -- Archives
Cassola, Albert M., 1915-1974 -- Archives
Camilleri, Charles, 1931-2009 -- Archives
Issue Date: 2024-06-30
Citation: D'Anastas, N. & Mizzi, A. (2024, June 30). Mill-Arkivji : Programme 69 : Antida Mizzi [Radio broadcast]. NET FM
Abstract: Fil-programm ‘Mill-Arkivji' tal-lum 30 ta’ Ġunju 2024, se niltaqgħu mas-Sa Antida Mizzi li hija l-manager tal-kollezjonijiet speċjali u rari fil-librerija tal-Università ta’ Malta. Is-Sa Mizzi ħa tkellimna fuq il-bosta kollezzjonijiet interessanti, il-ġabriet u d-donazzjonijiet li l-librerija tal-Università tħaddan, fosthom il-kollezzjonijiet ta’ papers, kotba rari u dokumenti oħra. Antida Mizzi gradwat mill-Università ta’ Malta b'diploma fl-istudju tal-arkivji u l-immaniġjar tar-rekords fl-2011. Fl-2014 hija daħlet taħdem fil-librerija tal-Università ta’ Malta u kienet assenjata fl-arkivju tal-librerija. Hija għandha Masters fid-dokumentazjoni tal-wirt storiku u studju tal-Melitensia. Hija kisbet esperjenza fil-librerija tal-Università ta’ Edinburgh, u kif ukoll fl-Università ta’ Sussex. It-teżi li preżentat bħala parti minn dan l-istudju ħadet id-Dean's Award bħala l-aħjar teżi fil-livell ta’ Masters mill-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien għas-sena 2018. Il-librerija tal-kotba rari u l-arkivju bid-dokumenti u papers hija librerija speċjalizata. Insibu l-ġabriet tal-Avukat George Zammit, Dott. Giovanni Curmi, Ġużè Chetcuti, in-noti tar-riċerka li għamel il-Prof Godfrey Wettinger, il-kotba tal-Biblista, Pietru Pawl Saydon, u d-disinji u tpinġijiet ta’ Guido Lanfranco. Antida Mizzi titkellem dwar kif dawn waslu l-librerija. Ma’ dawn issemmi dak li ta l-Prof Oliver Friggieri, il-magazines interessanti li ġabar Ġużi Gatt, u il-papers ta’ Ġużè Cassar Pullicino. Interessanti wkoll il-kwantita ta’ karti bil-versi tal-kanzunetti li Albert M. Cassola kiteb, ħafna minhom għall-festivals tal-kant tas-snin sittin. Insemmu wkoll il-mużika u d-diski tal-Prof Charles Camilleri li wara mewtu l-armla s-Sa Doris Camilleri għoġobha tgħaddihom lil-librerija u l-arkivju tal-Università. Il-mużika tiegħu tinsab arkivjata u katalogata fl-Arkivju Nazzjonali. Bla dubju, Antida Mizzi tiffoka fuq il-wirt arkivistiku tal-Università: id-dokumentazzjoni tal-gradwati matul is-snin, il-laqgħat tas-senat, u l-ġabriet awdjo-viżiv bħal filmati u ritratti.
Description: Produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Noel D’Anastas fuq NET FM
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/124418
Appears in Collections:Mill-Arkivji (Radio programme)

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Mill-Arkivji 69 Antida Mizzi edited 30 JUNE 2024.mp380.02 MBUnknownView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.