Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/126788
Full metadata record
DC Field | Value | Language |
---|---|---|
dc.date.accessioned | 2024-09-19T09:21:58Z | - |
dc.date.available | 2024-09-19T09:21:58Z | - |
dc.date.issued | 2014 | - |
dc.identifier.citation | Simiana, M. (2014). Karattri frammentati fin-novelli ta’ Immanuel Mifsud (Master's dissertation). | en_GB |
dc.identifier.uri | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/126788 | - |
dc.description | M.A.MALTESE | en_GB |
dc.description.abstract | Għażilt li niddiskuti x-xogħol ta’ Immanuel Mifsud għax huwa wieħed mill-aqwa kittieba kontemporanji Maltin u għandu karattri intriganti ħafna fir-rakkonti tiegħu. Iffukajt fuq numru ta’ novelli, u ħallejt barra l-poeżiji u r-rakkont awtobijografiku tiegħu, għax għandu għadd kbir ta’ novelli u kieku qbadthom kollha fid-dettall kont nispiċċa naqbeż illimitu ta’ kliem permess f’teżi bħal din. Filwaqt li n-novelli ta’ Mifsud huma, il-parti l-kbira tagħhom, rakkonti intriganti, kollha għandhom karatteristiċi differenti minn xulxin, għalhekk uħud minnhom juru lillprotagonisti b’mod effettiv fil-binja tagħhom, oħrajn jiffukaw aktar fuq l-istilistika jew ittematika bħala karatteristiċi li jikkumplimentaw il-binja tal-karattri u jsaħħu lframmentazzjoni fihom, fost oħrajn. Għażilt novelli bħal “Demm,” “Anne u Sylvia,” “IlLejl l-Iswed taċ-Ċief,” u “L-Istejjer Strambi ta’ Sara Sue Sammut” fil-kapitlu dwar ilkarattri nisa għax huma novelli rrakkuntati mill-protagonisti femminili stess u matulhom il-qarrejja jistgħu jsegwu l-vjaġġ li jagħmlu l-karattri b’mod dirett. Għalhekk l-idea aħħarija li jisiltu dwar dak li jkunu qraw aktarx tkun aktar qrib tat-test. Barra minn hekk, huma u jaqraw il-qarrejja jħossuhom aktar viċin tal-protagonisti milli kieku l-istorja tkun irrakkuntata minn karattru differenti. Għall-kuntrarju ta’ dan, novelli bħal “8½,” “Rubi,” u “Angela, Jane u Lina” huma rrakkuntati minn narratur omnixxjenti jew minn narratur omodijeġetiku raġel li jitkellem dwar il-karattri nisa. Għalhekk, l-idea li jibnu r-rakkont dwar il-karattri femminili prinċipali kapaċi tibqa’ waħda patrijarkali, kif inhi l-perspettiva f’ħafna narrattiva Maltija. Novelli bħal “Sonia” u “Priscilla,” għalkemm huma xogħlijiet eponimiċi, ma jagħtux wisq dinamiċità lill-protagonisti, għaldaqstant ħassejt li hemm novelli oħra b’karattri aktar kumplessi, bħal “Gideb,” “Spag” u “Lejl ma’ Amy Winehouse,” li joffru perspettivi interessanti. Bl-istess mod “Duħħan: Jew Fdal ta’ Mħabba” ma tidħolx f’wisq dettall dwar il-karattri prinċipali tagħha, waqt li “Ritratti Meħuda s-Sibt Filgħaxija” aktar jistħoqqilha tiġi ttrattata minħabba l-istil ta’ kitba frammentat tagħha. Fin-novelli “Gżejjer” u “Imħabba u Soċjaliżmu” tidher l-idea tal-mara li fis-senswalità kollha tagħha terġa’ lura, f’għajnejn ir-raġel, għall-innoċenza tat-tfulija, ħarsa li fiha nara element patrijarkali qawwi minkejja li tidher “innoċenti.” […] | en_GB |
dc.language.iso | mt | en_GB |
dc.rights | info:eu-repo/semantics/restrictedAccess | en_GB |
dc.subject | Mifsud, Immanuel, 1967- -- Criticism and interpretation | en_GB |
dc.subject | Mifsud, Immanuel, 1967- -- Characters | en_GB |
dc.subject | Women in literature | en_GB |
dc.subject | Masculinity in literature | en_GB |
dc.subject | Sex role in literature | en_GB |
dc.subject | Short stories, Maltese | en_GB |
dc.title | Karattri frammentati fin-novelli ta’ Immanuel Mifsud | en_GB |
dc.type | masterThesis | en_GB |
dc.rights.holder | The copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder. | en_GB |
dc.publisher.institution | University of Malta | en_GB |
dc.publisher.department | Faculty of Arts. Department of Maltese | en_GB |
dc.description.reviewed | N/A | en_GB |
dc.contributor.creator | Simiana, Maria (2014) | - |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2014 Dissertations - FacArtMal - 2014 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
14MAMAL001.pdf Restricted Access | 2.23 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.