Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/126971
Title: 1913 : inkwiet bejn il-Kappillan Barbara u l-Prokuraturi tal-Fratellanza ta' San Ġużepp
Other Titles: Programm tal-Festa ta' San Ġużepp, Ħal Kirkop, 2024
Authors: Farrugia, Jonathan
Keywords: Parishes
Barbara, Gużeppi
Bartolo, Spiridione
Fratellanza ta’ San Ġużepp (Kirkop, Malta)
Kirkop (Malta) -- History
Feast of St. Joseph -- Malta -- Kirkop
Issue Date: 2024-07
Publisher: Soċjetà Mużikali San Ġużepp, Ħal Kirkop
Citation: Farrugia, J. (2024). 1913 : inkwiet bejn il-Kappillan Barbara u l-Prokuraturi tal-Fratellanza ta' San Ġużepp. In Programm tal-Festa ta' San Ġużepp, Ħal Kirkop, 2024 (176-193). Ħal Kirkop: Soċjetà Mużikali San Ġużepp.
Abstract: Mill-ħafna studji li saru dwar l-istorja tal-ratellanza ta’ San Ġużepp f’dawn l-aħħar snin, l-istampa li toħroġ dwar ir-rapport li kien hemm bejn il-Fratellanza u l-fundatur tagħha hija waħda pożittiva mmens, kważi idillika. Jekk nagħmel referenza biss għaż-żewġ artikli li ktibt jien fir-rigward u li ġew ippubblikati f’dan il-ktieb fis-snin 2011 u 2023, dan diġà jidher ċar ħafna. Fl-ewwel wieħed, li jikkonċerna ġrajja tal-1878, toħroġ ċara l-paternità ta’ Barbara fuq il-Fratellanza ta’ San Ġużepp peress li kien hu li waqqafha u kien ukoll l-ewwel prokuratur tagħha. Fittieni wieħed, imfassal fuq ġrajja tal-1891, joħorġu ċari l-imħabba reċiproka li kien hemm bejn il-Kappillan u l-membri tal-Fratellanza, meta, wara li ssejħet inkjesta fuq l-infiq tal-Kappillan, sar inventarju dettaljat tal-oġġetti tal-Fratellanza u min għamilhom, u minn dak li hemm miktub m’hemm l-ebda dubju li Barbara kien l-akbar benefattur tal-istess Fratellanza, ħaġa li rebbħitlu l-istima tal-membri li lkoll qabżu għalih fit-testimonjanzi li taw favurih quddiem il-kanċillier tal-Kurja. Apparti minn hekk, studji oħrajn juru kemm ir-rabta bejn il-Fundatur u l-Fratellanza kienet waħda soda u leali; biżżejjed insemmu numru ta’ studji li saru minn Angelo Schembri, speċjalment dwar l-okkorrenzi li fihom kien imdaħħal Barbara, kif ukoll studji oħra ta’ Dr Simon Mercieca u Dr Charles Farrugia. Iżda r-realtà jidher li ma kinetx daqshekk ward u żahar, jew almenu, mhux dejjem. Is-sena 1913 tibqa’ mmarkata flistorja – li s’issa donnha kienet minsija jew li nżammet moħbija sa minn dak iż-żmien – meta nħoloq il-ġlied bejn Barbara u l-Prokuraturi tal-Fratellanza… u kif ngħidu bl-Ingliż: best friends make best enemies, kif se naraw mid-dokumenti ġodda li se jiġu ppubblikati għallewwel darba din is-sena.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/126971
Appears in Collections:Scholarly Works - FacTheCHPPA



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.