Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127362
Title: L-idjoma fin-novelli ta’ Temi Zammit
Authors: Bartolo, Nicole (2024)
Keywords: Zammit, Themistocles, 1864-1935 -- Criticism and interpretation
Zammit, Themistocles, 1864-1935 -- Language
Maltese language -- Idioms
Short stories, Maltese
Issue Date: 2024
Citation: Bartolo, N. (2024). L-idjoma fin-novelli ta’ Temi Zammit (Bachelor's dissertation).
Abstract: F’dan l-istudju nanalizzaw il-wirt rikk tal-idjoma użata minn awtur ewlieni, Sir Temi Zammit, li sa issa forsi dejjem apprezzajnieh biss minn lenti letterarja b’mod speċjali fin-novelli tiegħu miġbura fil-ktieb Nies Bla Sabar. Din il-ġabra tinqasam f’dawn it-tabelli: l-idjoma, il-kliem rari, qwiel, sintassi / stil, u ismijiet / laqmijiet. Jintgħażlu minn xulxin skont il-kategorija tagħhom u tingħata t-tifsira tal-idjoma, l-eżempji jew kummenti oħra li jkunu marbutin ma’ dak li nsib fin-novelli. Permezz ta’ dan l-istudju se nkun qed niddokumenta unitajiet lessikali biex niżgura li dawn ikunu mniżżlin fid-dizzjunarji tagħna. Din it-teżina għandha tgħin lil kull min jixtieq ikompli jistħarreġ fl-idjoma jew fil-lessiku Malti. Għalkemm illum id-dizzjunarju huwa megħjun mhux ftit mill-korpi elettroniċi meta niġu għall-ġbir tal-lessemi u tal-idjomi tal-lingwa, it-tiftix u t-tnaqqija ta’ kliem u espressjonijiet mill-awturi klassiċi tal-lingwa jibqgħu dejjem ħaġa mixtieqa għalkemm jieħdu l-ħin u l-enerġija. Għalhekk, ladarba hemm il-ħsieb li jiġi aġġornat id-dizzjunarju Malti, dan l-istudju għandu jservi wkoll ta’ ħażna lessikali sabiex l-aġġornament tad-dizzjunarju jkun aktar preċiż. Fuq kollox, it-teżina tħallina napprezzaw aktar il-wirt lingwistiku ta’ Temi Zammit, bit-tama li l-idjoma u l-legat li ħalla warajh jibqgħu jgħixu magħna lkoll għal bosta u bosta snin.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127362
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2024
Dissertations - FacArtMal - 2024

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
2408ATSMAL300005056306_1.PDF
  Restricted Access
3.18 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.