Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127695
Title: | Il-vjolenza fir-rumanzi ta’ Ġużè Muscat Azzopardi |
Authors: | Enriquez, Anthea Mifsud, Immanuel |
Keywords: | Muscat Azzopardi, Ġużè, 1853-1927 -- Criticism and interpretation Maltese fiction -- 19th century Maltese fiction -- 20th century Violence in literature |
Issue Date: | 2022 |
Publisher: | University of Malta. Faculty of Arts. Department of Maltese |
Citation: | Enriquez, E., & Mifsud, I. (2022). Il-vjolenza fir-rumanzi ta’ Ġużè Muscat Azzopardi. Riċerkaturi, 4, 42-52. |
Abstract: | Il-kelma ‘vjolenza’ f’rabta mal-letteratura u mal-kritika letterarja jaf tinstema’ stramba għal xi wħud. L-għan ta’ dan l-artiklu hu li l-qarrej jifhem kemm il-vjolenza jista’ jkollha parti integrali u kumplessa f’xogħol letterarju daqskemm ikollha fil-ħajja nnifisha. Billi dan l-istudju jiffoka fuq ir-rumanzi storiċi ta’ Muscat Azzopardi, wieħed japprezza kemm din it-tema ilha tippersisti fil-letteratura Maltija. Fl-ewwel taqsima ta’ dan l-artiklu se tingħata ħarsa ħafifa lejn it-tipi prinċipali ta’ vjolenza. B’dan il-mod, il-qarrej jikseb l-għarfien meħtieġ li jiġi applikat fil-kritika. Fit-tieni taqsima se tiġi diskussa r-relazzjoni tal-vjolenza mal-politika, mal-ħsieb u mal-arti, filwaqt li simultanjament jinxteħet dawl fuq kemm il-vjolenza kapaċi tagħti gost f’kuntesti sekondarji, jiġifieri fejn wieħed ma jkunx qed jipparteċipa direttament. It-taqsima li ssegwi se tapplika dan kollu li ntqal għar-rumanzi ta’ Muscat Azzopardi, fejn se jiġu diskussi l-osservazzjonijiet prinċipali tat-teżina. L-aħħar taqsima, imbagħad, se tagħti sommarju tal-konklużjonijiet li nġabru minn dan l-istudju. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/127695 |
ISBN: | 9789995781927 |
Appears in Collections: | Riċerkaturi (2022) - Ħarġa 4 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Il_vjolenza_fir_rumanzi_ta_Ġuże_Muscat_Azzopardi.pdf | 86.15 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.