Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130091
Full metadata record
DC Field | Value | Language |
---|---|---|
dc.date.accessioned | 2024-12-20T09:49:56Z | - |
dc.date.available | 2024-12-20T09:49:56Z | - |
dc.date.issued | 2024 | - |
dc.identifier.citation | Micallef, M. (2024). Il-ħabib tal-għarus : Ġwanni l-Battista fl-evanġelju skont San Ġwann. Lehen l-Art Imqaddsa, 45(226), 35-41. | en_GB |
dc.identifier.uri | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/130091 | - |
dc.description.abstract | Fl-Evanġelju skont San Ġwann, Ġwanni (il-Battista) jiddefinixxi lil Ġesù bl-użu ta’ lingwaġġ matrimonjali meta jsejjaħlu “l-għarus” li miegħu hija magħquda l-għarusa, referenza għall-komunità ta’ dawk li jemmnu fih. Ix-xbieha tal-għarus applikata għal Ġesù hija inserita fl-aħħar xhieda li Ġwanni l-Battista jagħti f ’dan l-Evanġelju, meta d-dixxipli tiegħu jgħidulu: “Rabbi, kien hemm raġel miegħek in-naħa l-oħra tal-Ġordan, dak li int xhedt għalih. Issa, ara, hu qiegħed jgħammed, u kulħadd sejjer għandu.” Dan il-kliem jidher li jirrifletti l-kontroversja minnaħa tad-dixxipli ta’ Ġwanni fir-rigward ta’ dak li kien qed jagħmel Ġesù, kontroversja li ttawlet għal bosta sekli wara l-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, hekk kif dawn id-dixxipli baqgħu jisħqu li l-Messija kien Ġwanni, l-Imgħallem tagħhom u mhux Ġesù. Huwa f ’dan id-dawl li rridu nippruvaw naqraw stqarrijiet dwar Ġwanni l-Battista li nsibu f ’dan l-Evanġelju. Hekk, pereżempju, fil-Prologu, naqraw: “Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni. Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl, biex bih kulħadd jemmen. Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl, dak id-dawl veru, li jdawwal kull bniedem, huwa u ġej fiddinja.” Aktar tard Ġwanni nnifsu jistqarr: “Intom stess tistgħu tixhdu li jiena għedtilkom li ‘jien m’iniex il-Messija,’ imma biss li ‘jien kont mibgħut qablu.’” Ftit wara, Ġwanni l-Battista jkompli jistqarr: “Jentieġ li jikber hu u niċkien jiena.” B’din l-istqarrija l-Battista jurina li kien jaf u fehem tajjeb is-sejħa tiegħu u l-limiti ta’ din l-istess sejħa meta nqabbla ma’ dik ta’ Ġesù. | en_GB |
dc.language.iso | mt | en_GB |
dc.publisher | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta | en_GB |
dc.rights | info:eu-repo/semantics/openAccess | en_GB |
dc.subject | John, the Baptist, Saint | en_GB |
dc.subject | Bible. John -- Criticism, interpretation, etc. | en_GB |
dc.subject | Jesus Christ -- Friends and associates | en_GB |
dc.title | Il-ħabib tal-għarus : Ġwanni l-Battista fl-evanġelju skont San Ġwann | en_GB |
dc.type | contributionToPeriodical | en_GB |
dc.rights.holder | The copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder | en_GB |
dc.description.reviewed | non peer-reviewed | en_GB |
dc.publication.title | Lehen l-Art Imqaddsa | en_GB |
dc.contributor.creator | Micallef, Martin | - |
Appears in Collections: | Scholarly Works - FacTheSC |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Il_ħabib_tal_għarus.pdf | 1.54 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.