Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132311
Title: | Il-varjazzjoni lessikali f’Għawdex : stħarriġ f’erba’ lokalitajiet |
Authors: | Borg, Maureen Spagnol, Michael |
Keywords: | Maltese language -- Lexicology Maltese language -- Dialects -- Malta -- Gozo -- Victoria Maltese language -- Dialects -- Malta -- Gozo -- Xagħra Maltese language -- Dialects -- Malta -- Gozo -- Xewkija Maltese language -- Dialects -- Malta -- Gozo -- Żebbuġ Maltese language -- Phonetics Maltese language -- Grammar |
Issue Date: | 2023 |
Publisher: | University of Malta. Faculty of Arts. Department of Maltese |
Citation: | Borg, M., & Spagnol, M. (2023). Il-varjazzjoni lessikali f’Għawdex : stħarriġ f’erba’ lokalitajiet. Riċerkaturi, 5, 20-31. |
Abstract: | Mir-riċerka li saret s’issa nafu li l-lingwa tvarja minn lokalità għal oħra fuq diversi livelli, fosthom il-livell fonetiku u fonoloġiku, grammatikali u lessikali. Ix-xogħlijiet li saru fuq id-djaletti Għawdxin ġeneralment jiffukaw fuq lokalità waħda jew tnejn, bħall-istudji fuq aspetti fonetiċi u fonoloġiċi t’Għajnsielem (Grech, 2019) u tan-Nadur u Ta’ Sannat (Farrugia, 2016), inkella jaqbdu ma’ qasam lessikali partikolari, bħall-ħelu (Rapa, 1995), l-ilbies (Spiteri, 2016), is-sengħa tal-iskarpan (Mejlak, 2017) u tal-ħaddied (Bajada, 2019), bl-eċċezzjoni ta’ Attard u Spagnol (2014) li jeżaminaw differenzi lessikali ġenerali fost iż-żgħażagħ. Oħrajn jistudjaw il-qagħda soċjolingwistika f ’raħal wieħed, bħax-Xewkija (Cachia, 2015), jew fil-gżira b’mod ġenerali (Cauchi, 2001). Dan l-istudju, li hu parti minn proġett ikbar ta’ riċerka fuq id-djaletti tal-Malti, jittratta l-varjazzjoni lessikali mhux f ’qasam partikolari. Bħal Attard u Spagnol (2014), imiss ma’ oġġetti u kunċetti minn firxa wiesgħa ta’ temi, iżda jistħarriġhom fost 320 ruħ, żgħażagħ u anzjani, minn erba’ lokalitajiet f ’Għawdex: ir-Rabat, ix-Xagħra, ix-Xewkija u ż-Żebbuġ |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/132311 |
ISBN: | 9789995781941 |
Appears in Collections: | Riċerkaturi (2023) - Ħarġa 5 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Il-varjazzjoni_lessikali_f’Għawdex_stħarriġ_f’erba’_lokalitajiet_2023.pdf | 148.38 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.