Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13331
Title: Ir-raħħal : studju terminoloġiku
Authors: Gatt, Brian
Keywords: Maltese language -- Variation
Sociolinguistics -- Malta
Dairying -- Malta
Milk yield -- Malta
Maltese language -- Dialects -- Malta
Issue Date: 2016
Abstract: Din it-teżina hija maqsuma f'ħames kapitli. L-ewwel kapitlu huwa l-isfond dwar ir-raħħal u s-settur tal-produzzjoni tal-ħalib. Dan il-kapitlu jaqsam xogħol ir-raħħal f'taqsimiet biex jispjega ix-xogħol tar-raħħal fir-razzett tiegħu. Barra mill-ispjegazzjoni ta' dawn it-taqsimiet, dan il-kapitlu jagħti dettalji dwar il-ħajja tal-baqra, il-proċess tat-tkabbir, il-ġenetika, ir-riproduzzjoni, ir-razez differenti u l-indafa fl-irziezet. It-tieni kapitlu jitratta dwar is-soċjolingwistika relatata mal-istudju. Fost it-taqsimiet li nsibu f'dan il-kapitlu hemm il-lingwa u d-djalett, il-varjazzjoni lingwistika, il-varjabbli u kitbiet dwar is-settur tar-raħħala. Dan l-istudju jgħin lill-qarrej biex jifhem aħjar ir-riżultati speċjalment kif inhuma spjegati fir-raba' kapitlu. It-tielet kapitlu jitratta l-metodu ta' din ir-riċerka fosthom kif għażilt l-informanti u b'liema kriterji, l-għaqal fit-teħid tar-ritratti u t-tfassil tal-kwestjonarju flimkien mal-għan u d-diffikultajiet fl-istess kwestjonarju tar-ritratti. Ir-raba' kapitlu jinkludi l-analiżi tal-kwestjonarju f'ċertu dettall li jinkludi tabella bir-riżultati mogħtija mill-informanti, it-tqabbil tal-istess riżultati u punti interessanti dwar termini partikolari li ħarġu mill-kwestjonarju tar-ritratti. Barra minn hekk lejn it-tieni nofs ta‟ dan il-kapitlu nsibu analiżi tat-tħaddim tal-varjabbli tal-età u l-varjabbli tal-ġeografija hekk kif identifikajt id-differenzi skont l-età u l-post. L-aħħar kapitlu jagħti l-ispjega tat-termini skont kif jafuha r-raħħala. Il-kapitlu ma jiqafx hemm, iżda jinkludi paragun bejn l-ispjegazzjoni li jagħtu r-raħħala u dik li jagħti Joseph Aquilina fid-dizzjunarju tiegħu Maltese-English dictionary. Għal kull terminu fil-kwestjonarju hemm l-ispjega tar-raħħal, id-definizzjoni ta' Aquilina u paragun li jqabbel il-kuntesti bejn xulxin u jara fejn hemm qbil u jagħti indikazzjoni fejn hemm nuqqas ta' qbil.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13331
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL016.pdf
  Restricted Access
13 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.