Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13334
Title: Paragun bejn it-tagħrif fid-dizzjunarju ta’ Aquilina u fl-MLRS dwar kliem magħżul
Authors: Grech, Cheriseann
Keywords: Maltese language -- Lexicography
Corpora (Linguistics)
Maltese language -- Dictionaries
Electronic dictionaries -- Malta
Issue Date: 2016
Abstract: Fl-ewwel kapitlu nibda billi nispjega b’mod ġenerali x’inhu dizzjunarju u korpus. Dan għamiltu bis-saħħa ta’ analiżi ta’ xogħlijiet u studji li nħolqu qabel. Fil-każ tad-dizzjunarju għenuni x-xogħol ta’ Crystal u Sinclair, filwaqt li għall-korpus għamilt użu mill-analiżi li Albert Gatt jagħti f’ħarġa numru għaxra ta’ “L-Aċċent”. Apparti lintroduzzjoni ġenerali dwar kull xogħol, il-kapitlu kien ibbażat aktar fuq il-bini ta’ xogħlijiet lessikografiċi tal-lingwa Maltija. L-ewwel bdejt bl-analiżi fuq il-bini taddizzjunarju tradizzjonali ta’ Aquilina. Għal din il-parti kien importanti li nikseb informazzjoni minn kittieba differenti biex nasal għal Ġużè Aquilina u x’wasslu biex jibda xogħol bħal dan. Aktar ’il quddiem, bil-għajnuna ta’ bijografija dwar Ġużè Aquilina kif ukoll it-teżi ta’ Sarah Jane Grima dwar il-bini tad-dizzjunarju, analizzajt laktar punti ewlenin li wasslu għall-bini tad-dizzjunajru tradizzjonali. F’din it-taqsima nnutajt ukoll li, għalkemm id-dizzjunarju tradizzjonali ta’ Aquilina għandu xi nuqqasijiet kif ukoll iffaċċja diversi limitazzjonijiet, kien l-uniku dizzjunarju aġġornat fiż-żmien li ġie ppubblikat kif ukoll għadu jagħti kontribut kbir lil-lessikografija Maltija. Fit-tieni parti ta’ dan il-kapitlu analizzajt il-bini tal-korpus Malti u għal din il-parti għamilt użu kemm minn diversi edizzjonijiet tal-Aċċent kif ukoll għamilt intervista mal- Professur Ray Fabri, lettur fl-Università ta’ Malta. F’din it-taqsima hemm indikat kemm il-bidu ta’ dan il-proġett kif ukoll l-iżvilupp tiegħu s’issa. Fit-tieni kapitlu niddiskuti punti ewlenin dwar iż-żewġ xogħlijiet. Dan il-kapitlu qsamtu f’ħames partijiet, bl-ewwel erba’ partijiet jitkellmu dwar x’joffri kull xogħol u xi limitazzjonijiet abbinati magħhom u l-aħħar parti tittratta dwar id-differenzi ewlenin ta’ bejniethom. Permezz ta’ dan il-kapitlu għaraft aktar kull xogħol x’joffri b’mod individwali. B’hekk stajt inħares aħjar liema minnhom it-tnejn ikun utli għal xogħol partikolari. It-tielet kapitlu jiġbor l-analiżi tal-kliem li għamilt. Dan il-kapitlu jikkonsisti fi tqabbil bejn tifsiriet li jagħti Aquilina u dak li jagħti l-korpus kif ukoll analiżi ta’ xi tifsiriet ġodda. Permezz ta’ dan l-istħarriġ ħarġu diversi punti ewlenin li niddiskutihom aħjar fir-raba’ kapitlu. Għaldaqstant, tajjeb li ngħid ukoll li, biex intlaħaq ir-riżultat ta’ kull kelma mfittxija, kien importanti li noħloq metodu. Dan il-metodu kien jikkonsisti fittqassim tal-kliem imfittxija f’suriet differenti u kull sura ta’ tfittxija tiġbor fiha persentaġġ ta’ okkorrenzi li kelli nfittex fl-MLRS. Dan il-metodu kien tajjeb li jintuża għaliex b’hekk kull kelma kellha l-istess persentaġġ ta’ tfittxija u għalhekk setgħet tinħoloq rappreżentanza ikbar. Fir-raba’ kapitlu għamilt analiżi tar-riżultati li nstabu fit-tielet kapitlu. L-ewwel ma bdejt kien bi spjegazzjoni dwar kif ħdimt biex inħareġ ir-riżultat. Aktar ’il quddiem bdejt nispjega kull kategorija grammatikali, kif ukoll spjegajt il-kliem waħda waħda. B’dan il-mod spjegajt aħjar x’ħareġ minn dan it-taħriġ. Fl-aħħar nett, wara li rajt x’ħareġ mill-istħarriġ tiegħi, stajt nagħti xi konklużjonijiet li jiddifferenzjaw iż-żewġ xogħlijiet, kif ukoll niddiskuti xi kontributi li jagħti l-korpus lillessikografija, b’ħarsa b’mod speċjali lejn l-MLRS fuq id-dizzjunarju ta’ Aquilina. Il-ħames kapitlu jittratta dwar il-kontribut li l-MLRS ta u għadu qed jagħti lil-lessikografija Maltija. Għaldaqstant, iddiskutejt ukoll li l-mezzi elettroniċi mhux ta’ min jafda fihom biss, iżda tajjeb li wieħed jinnota li hemm każi li fihom id-dizzjunarju tradizzjonali jista’ jkun aktar utli.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13334
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL017.pdf
  Restricted Access
1.68 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.