Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13337
Title: Titli onorifiċi u indirizzi oħra : studju soċjolingwistiku
Authors: Mifsud, Maria
Keywords: Maltese language -- Honorific
Sociolinguistics -- Malta
Maltese language -- Deixis
Issue Date: 2016
Abstract: Din it-teżi fiha erba’ kapitli, l-ewwel kapitlu jagħti ħarsa lejn dak li diġà nkiteb kemm fuq is-soċjolingwistika kif ukoll fuq it-titli onorifiċi u forom t’indirizz oħra. It-tieni kapitlu jiffoka fuq l-istudju pilota. Kif tfassal, ir-riżultati li ħarġu minnu, x’tibdil sar u kif ġew irrappreżentati r-riżultati. It-tielet kapitlu jittratta l-metodoloġija u jitkellem kemm fuq il-metodoloġiji tal-istudji b’mod ġenerali kif ukoll fuq il-metodu ta’ dan l-istudju attwali. Jimxi pass pass ma’ kif saret ir-riċerka u juri wkoll id-diffikultajiet li ltqajt magħhom jien u nattwah. Fl-aħħar ta’ dan il-kapitlu hemm sezzjoni ta’ kif issolviet il-problema tal-ispazju tat-tabelli, billi ngħaqdu r-riżultati flimkien. Ir-raba’ kapitlu jippreżenta analiżi dettaljata tal-istudju sħiħ li sar. L-ewwel juri r-riżultati ta’ kull mistoqsija tal-kwestjonarju u mbagħad ikompli billi janalizza r-riżultati tal-lista ta’ kull kategorija (il-lista hija serje ta’ indirizzi minn kull qasam tal-ħajja fis-soċjetà Maltija li ssawret permezz tal-għarfien tiegħi flimkien mal-għajnuna tat-tutur u tal-ktieb Maltese: A Descriptive Grammars) (ara appendiċi pġ 109). Wara hemm preżentazzjoni tal-korrelazzjonijiet li ħarġu minn dan l-istudju, kemm mill-kwestjonarju kif ukoll mil-lista. F’dan l-istess kapitlu hemm sezzjoni oħra li tqabbel ir-riżultati li ħarġu mill-kwestjonarju ma’ dawk li ħarġu mil-lista tat-titli. L-aħħar parti ta’ dan il-kapitlu tqabbel ir-riżultati li ħarġu minn dan l-istudju li għandhom x’jaqsmu mal-indirizz lejn il-ġenituri u l-kunjati mar-riżultati ta’ teżi li saret fl-1990. Fl-aħħar taqsima tat-teżi hemm l-appendiċi li tinkludi fiha t-tabelli tar-riżultati kollha taż-żewġ għodod mistħarrġa f’dan l-istudju, jiġifieri kemm tal-kwestjonarji kif ukoll tal-listi tat-titli u indirizzi oħra. Huma tabelli li juru r-risposti kollha ta’ kull parteċipant individwalment. B’hekk wieħed jista’ jkompli jara r-riżultati li ma ġewx mistħarrġa f’dan l-istudju.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13337
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL020.pdf
  Restricted Access
3.15 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.