Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13341
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-10-24T10:06:53Z-
dc.date.available2016-10-24T10:06:53Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13341-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractF'din it-teżi se nipprova niċċara r-relazzjoni li hemm bejn dawn l-għeruq u l-forom (verbali u nominali) li jidħlu fihom, flimkien mat-tifsiriet li jesprimu. Barra minn hekk, se nħares ukoll lejn ir-relazzjoni bejn l-Ewwel u d-Disa' Forma verbali, minħabba li hemm xi verbi li fil-Malti għandhom l-istess tifsira fiż-żewġ forom, ħaġa li fl-Għarbi ma nsibuhiex. Barra minn hekk, meta nħarsu lejn in-nomi tal-kwalità jew stat nindunaw li, għalkemm għandhom għeruq ta' nisel Għarbi, dawn jistgħu jissawru kemm introflessivament u kemm konkatenattivament, u għalhekk se nara jekk it-tifsir f‟dawn iż-żewġ sistemi jkunx l-istess jew le. Hemm ukoll xi forom oħrajn li jista' jkollhom tifsira inkoattiva, iżda f‟dan ix-xogħol għażilt li nittratta dawk il-forom li huma kanonikament rikonoxxuti bħala forom li jwasslu xi aspett tal-kwalità. Minħabba f'hekk kelli nillimita ruħi billi nidħol fid-dettall ta' erba' forom verbali u fuq il-forom verbali l-oħra nsemmi biss xi affarijiet żgħar . Madanakollu, b'hekk stajt niffoka u nidħol f'iktar dettall fil-forom magħżula. F'dan il-livell, kelli nillimita ruħi wkoll għall-grammatki miktubin bil-Malti u bl-Ingliż biss, minħabba li t-Taljan u l-Latin huma lingwi li ma nafhomx. Sfortunatament, huwa diffiċli ħafna li tiġbor kull għerq li jista' b'xi mod jew ieħor ikollu tifsira ta' kwalità minħabba li l-istudju tiegħi bbażajtu ħafna fuq dak li nkiteb, speċjalment fid-dizzjunarju ta' Aquilina, u kelli nillimita ruħi biss għall-miktub. Għaldaqstant, mhux impossibbli li wieħed jinzerta xi għeruq oħra li jagħtu tifsira ta' kwalità fil-mitħaddet, speċjalment f'xi idjoletti. Madanakollu, jiena pruvajt inkun kompleta kemm jista' jkun biex min irid ikompli l-istudju tiegħu fuq dan is-suġġett isib korpus kważi komplet tal-għeruq ittrattati.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Grammaren_GB
dc.subjectMaltese language -- Verben_GB
dc.subjectMaltese language -- Morphologyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Rootsen_GB
dc.subjectMaltese language -- Word formationen_GB
dc.titleL-għeruq b’tifsira ta’ kwalità fil-Maltien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorAttard, Kelly-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL002.pdf
  Restricted Access
1.82 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.