Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13368
Title: Malti kontemporanju jew Malti Ingliż imħallat?
Authors: Borg, Chantel
Keywords: Bilingualism -- Malta
Code switching (Linguistics) -- Malta
Maltese language -- Variation
Sociolinguistics -- Malta
Issue Date: 2016
Abstract: Dan l-istudju huwa maqsum f’erba’ kapitli ewlenin. Fl-ewwel kapitlu li huwa l-ħarsa tal-letteratura, nagħti ħarsa lejn xi definizzjonijiet li jintużaw fil-lingwistika li għandhom x’jaqsmu ma’ dan l-istudju, bħal self, ‘codeswitching’ u bosta oħrajn li se jgħinu lill-qarrej jifhem fuq liem pedament inbniet din it-teżi. Ser nidħol f’ċertu dettall f’dak li qalu xi teoristi dwar il-kuntatt tal-lingwi, u s-self. It-tieni kapitlu se jkun dak tal-metodoloġija fejn ser nispjega kif ġbart il-lista u kif ħejjejt il-kwestjonarju li tajt lill-informanti li pparteċipaw f’dan l-istudju biż-żewġ varjabbli tal-età u s-sess. Fil-metodoloġija se jkunu spjegati fiddettall ir-raġunijiet tal-metodi li għażilt għal dan ix-xogħol u kif wasalt għar-riżultati. It-tielet kapitlu li huwa l-analiżi, huwa l-qofol ta’ dan ix-xogħol l-għaliex dan kien il-mument fejn xammart il-kmiem u bdejt nanalizza dak li sibt. F’dan il-kapitlu partikolari, permezz talevidenza li nġabret, jien stajt nikkritika lil xi teoristi dwar dak li ddikjaraw huma. Kien hemm ukoll ħafna qbil bejn dak li qalu huma fl-istudju tagħhom u f’dak li sibt jien f’dan l-istudju. Fil-kapitlu aħħari, se nikkonkludi b’mod konċiż jekk l-għanijiet tiegħi ntlaħqux u kif dan listudju jista’ jkun ta’ benefiċċju għal nies oħra li qed jistudjaw il-lingwistika kif ukoll għal dawk li jixtiequ jużawha għall-għarfien personali tagħhom. Apparti hekk, tajt ukoll xi ftit ideat għal xi xogħol li jista’ jsir fil-ġejjieni sabiex dan l-aspett jibqa’ jkun studjat u l-għarfien tal-lingwisti jibqa’ jikber.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13368
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL004.pdf
  Restricted Access
2.57 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.