Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13369
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-10-25T07:08:33Z
dc.date.available2016-10-25T07:08:33Z
dc.date.issued2016
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13369
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin it-teżina hija maqsuma f’erba’ kapitli prinċipali. L-ewwel kapitlu jittratta dak li diġà nkiteb qabel fuq il-futbol u jagħti isfond għal dan is-suġġett. Dal-kapitlu jinkludi l-istorja tal-futbol kif beda fl-Ingilterra u kompla jiżviluppa sabiex sar wieħed mill-iktar sport segwit mid-dinja kollha. Barra mill-futbol internazzjonali, jiġi diskuss ukoll il-futbol lokali u kif dan matul iż-żmien dejjem żviluppa. L-aħħar taqsima ta’ dan il-kapitlu tinkludi xogħlijiet lingwistiċi li nkitbu fuq il-futbol. Dawn ix-xogħlijiet huma ta’ Barbara u Scicluna, Olvin Vella, Steve Borg, u l-aħħar u mhux l-inqas, it-teżi ta’ Keith Attard, li hi l-pedament għall-istudju tiegħi. It-tieni kapitlu jittratta s-soċjolingwistika, il-fatturi li jikkundizzjonaw il-lingwaġġ tan-nies. Dan il-kapitlu hu maqsum f’erba’ taqsimiet li jgħinu aktar lill-qarrejja jifhmu r-riżultati li ħarġu minn dan l-esperiment. Dawn it-taqsimiet jinkludu l-lingwa, id-djalett, l-istudji li saru fuq id-djalett minn Vassalli, Preca, Aquilina, Schabert u Puech, u fl-aħħar il-fatturi soċjolingwistiċi li jinfluwenzaw il-lingwa tal-kelliem. Dawn il-fatturi soċjolingwistiċi li niddiskuti f’din it-taqsima huma l-età, il-ġeografija, is-sess u l-klassi soċjali. Fl-istudju tiegħi nuża l-fatturi tal-età u l-ġeografija. It-tielet kapitlu jittratta l-metodoloġija ta’ dan l-esperiment. Fil-bidu ta’ dan il-kapitlu, hemm taqsima dwar metodoloġija oħra li xi nies użaw fl-esperimenti tagħhom. Din il-metodoloġija tinkludi dik ta’ Hudson, Edmont, Wenker, u Jaberg u Jud. It-taqsimiet l-oħra jiddiskutu kif fassalt l-esperiment tiegħi; il-kwestjonarju u kif żviluppajtu, l-għażla tal-istampi li użajt, l-għażla tal-parteċipanti li fih jinkludi tabelli tal-informazzjoni dwar il-parteċipanti, l-istudju pilota li għamilt qabel bdejt nagħmel l-esperiment propja, u d-diffikultajiet li ltqajt magħhom waqt li kont għaddej bl-esperimenti. Ir-raba’ kapitlu jiddiskuti r-riżultati li ħarġu mill-esperimenti li għamilt. Fih jinkludi dawk it-termini li ma għandhomx varjazzjoni u oħrajn li jvarjaw b’xi mod; primarjament skont l-età u l-ġeografija. Fl-aħħar ta’ dan l-istudju wieħed isib l-appendiċi li hu maqsum fi tlieta. L-appendiċi 1, jinkludi il-kwestjonarju tal-istampi li jiena wrejt lill-parteċipanti sabiex ġbart il-kliem. L-appendiċi 2 jinkludi il-kopja tal-formola tal-kunsens li jiena qabel kull esperiment urejt lill-parteċipanti. Din tistqarr fost l-oħrajn li jekk huma jkunu jridu jieqfu mill-esperiment, jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma jkun hemm għalfejn jagħtuni spjegazzjoni. Hekk awtomatikament, ir-risposti li jkunu diġà tawni, inneħħihom mir-riċerka tiegħi. Fl-aħħar nett, fl-appendiċi 3, hemm l-analiżi f’forma ta’ tabelli li jinkludu t-termini li qaluli l-parteċipanti.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectSociolinguistics -- Maltaen_GB
dc.subjectMaltese language -- Variationen_GB
dc.subjectMaltese language -- Discourse analysisen_GB
dc.subjectMaltese language -- Jargonen_GB
dc.subjectSoccer -- Terminologyen_GB
dc.titleStudju soċjolingwistiku fuq ir-reġistru tal-futbolen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorBorg, Clayton
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL005.pdf
  Restricted Access
4.69 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.