Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13379
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-10-25T07:55:06Z-
dc.date.available2016-10-25T07:55:06Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13379-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIt-teżina tinqasam fi tliet kapitli. Fl-ewwel kapitlu nagħti ħarsa wiesgħa lejn l-aġġettiv u lkomparattiv kemm bħala kategoriji lingwistiċi kif ukoll l-użu tagħhom fl-ilsien Malti. Il-kapitlu jkompli bi spjegazzjoni ta’ kif jinħadem il-komparattiv skont diversi grammatki u studji dwar il- Malti. It-tieni kapitlu, li huwa analiżi tal-komparattivi użati fil-Malti miktub, jiftaħ b’ġabra estensiva talkomparattivi sintetiċi fil-Malti. Il-lista tinkludi l-forom komparattivi mniżżla fid-dizzjunarju ta’ Aquilina, forom varjanti u forom li jniżżilhom Bovingdon fl-istudju tiegħu dwar il-Maltraljan. Il-kapitlu jkompli bi spjegazzjoni tal-metodoloġija li nuża, u għalhekk nibda billi nagħti deskrizzjoni ta’ x’inhu l-korpus u għalfejn jintuża, nippreżenta r-riżultati li joħorġu minnu u nanalizzahom fiddawl ta’ dak li qalu studji oħrajn. F’dan il-kapitlu nitkellem ukoll fuq xi aġġettivi polisemiċi u għal darb’oħra, permezz tal-MLRS nistħarreġ jekk it-tifsira għandhiex effett fuq il-mod tat-tiswir talkomparattiv. L-aħħar kapitlu ta’ din it-teżina jippreżenta studju soċjolingwistiku li janalizza l-użu talkomparattiv fil-Malti mitħaddet. Wara ħarsa ħafifa lejn ir-rabta ta’ bejn is-soċjetà u l-lingwa, nippreżenta l-metodoloġija li użajt għal din il-parti. Il-fatturi soċjolingwistiċi li għażilt kienu l-età u l-ġeografija, u għalhekk permezz tal-kwestjonarji nistħarreġ x’differenzi joħorġu bejn dawn ilgruppi differenti. Iddeċidejt li nifrex l-istudju tiegħi fuq lokalitajiet differenti tal-ġżejjer Maltin, għaldaqstant għażilt iż-Żejtun min-naħa t’isfel, il-Furjana bħala post ċentrali u n-Nadur mill-gżira t’Għawdex. Il-parteċipanti qsamthom f’żewġ gruppi ta’ etajiet differenti – żgħażagħ ta’ bejn it-18 u s-26 sena u persuni li għandhom aktar minn 55 sena. L-istess bħalma nagħmel fit-tieni kapitlu, f’dan il-kapitlu nippreżenta wkoll ir-riżultati li joħorġu mill-istudju soċjolingwistiku u fl-analiżi niddiskuti l-elementi komuni li joħorġu, flimkien ma’ xi osservazzjonijiet interessanti oħra. L-għeluq huwa l-parti tat-teżina li tgħaqqad kollox flimkien. Hawnhekk nippreżenta l-punti li ħarġu minn dan l-istudju u nqabbel il-komparattiv fil-Malti kif użat fil-kitba ma’ kif jintuża fittaħdit. Barra minn hekk, nippreżenta skala li turi l-aġġettivi li studjajt lejn liema naħa joqorbu laktar, jekk hux lejn in-naħa tal-komparattiv b’forma sintetika, jew lejn in-naħa tal-komparattiv b’binja analitika. Nagħlaq it-teżina billi nissuġġerixxi x’jista’ jsir aktar ’il quddiem f’dan il-qasam lingwistiku.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Adjectiveen_GB
dc.subjectMaltese language -- Grammaren_GB
dc.subjectMaltese language -- Comparisonen_GB
dc.subjectMaltese language -- Variationen_GB
dc.titleIl-komparattiv fil-Malti : studju fuq il-miktub u l-mitħaddeten_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorAquilina Camoin, Lloyd-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL001.pdf
  Restricted Access
2.29 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.