Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13384
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-10-25T08:24:03Z-
dc.date.available2016-10-25T08:24:03Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13384-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin it-teżina se tkun maqsuma f’erba’ kapitli. L-ewwel kapitlu ħa jagħti ħarsa lejn dak li diġà nkiteb minn awturi Maltin dwar il-qasam tal-ilbies, dan jinkludi kemm kotba kif ukoll teżijiet. Semmejt ukoll ktieb ta’ Francesca Balzan (2009) li jittratta l-ġojjellerija f’Malta li hi parti wkoll mill-ilbies ta’ persuna. Ħafna mill-kotba msemmija tkellmu dwar l-ilbies ta’ perjodi antiki u perjodi iktar riċenti. Għalkemm fil-kwestjonarju tiegħi ma inkludejtx stampi dwar ħwejjeġ antiki peress li tiegħi huwa studju kontemporanju, xorta ħassejt li kien interessanti li tkun inkluża informazzjoni dwar ilbies antik u dwar l-evoluzzjoni tal-kostum Malti. It-tieni kapitlu se ninkludi fih informazzjoni dwar is-soċjolingwistika u varjabbli soċjolingwistiċi fejn ħa niddiskuti l-varjabbli tas-sess, età, ġeografija u tal-klassi soċjali. Hawnhekk tkellimt ukoll dwar ir-reġistru u semmejt ukoll il-bilingwiżmu, id-diglossja u l-code switching li nemmen li kienu fatturi relevanti għat-teżi tiegħi minħabba li fit-tweġibiet mogħtija ġew fis-seħħ dawn l-elementi. Il-bilingwiżmu sar parti mill-ħajja tagħna l-Maltin speċjalment permezz tal-lingwa Ingliża u dan imbagħad wassal għal code switching jew kif sejjaħtlu jien fit-teżi, ‘taħlit lingwistiku’, fejn pereżempju persuna tatni terminu bil-Malti għal stampa u tatni terminu bl-Ingliż għall-istampa ta’ warajha. Ħassejt li kien importanti li nitkellem xi ftit dwar id-diglossja, il-varjetà l-għolja u dik il-baxxa peress li l-informanti tiegħi kollha huma Għawdxin u d-djaletti f’Għawdex, bħad-djaletti l-oħrajn, huma meqjusa bħala l-varjetà l-baxxa waqt li l-Malti Standard huwa meqjus bħala l-varjetà l-għolja. Għalhekk f’din it-taqsima 2.3.2 iddiskutejt dawn il-fatturi. Fit-tielet kapitlu, iinkludejt il-metodoloġija li għażilt biex nipproċedi biha, wara li għamilt konsultazzjonijiet ma’ teżijiet oħrajn. Hawnhekk ġew inklużi wkoll l-istudju pilota, l-għażla tal-informanti u tal-istampi u anke xi diffikultajiet li ltqajt magħhom. F’kapitlu numru 4 ktibt l-analiżi tar-riżultati miġbura kif ukoll id-diskussjoni tagħhom. L-analiżi se tkun maqsuma billi l-ewwel nitkellem dwar dawk l-istampi li ma rriżultat l-ebda jew xi ftit differenza fihom, dawk il-varjazzjonijiet li rriżultaw minħabba l-età, oħrajn minħabba l-ġeografija u dawk il-varjazzjonijiet li kienu r-riżultat ta’ taħlita ta’ fatturi. Tkellimt ukoll dwar dawk l-istampi li offrew ħafna varjazzjonijiet u pruvajt nagħti spjegazzjoni għal dawn, tkellimt dwar dawk l-eżempji li fihom xi parteċipanti ppreferew jagħtu deskrizzjoni ta’ mill-inqas żewġ termini u iinkludejt ukoll taqsima dwar it-termini mogħtija li kienu bil-lingwa Ingliża u ddiskutejthom. Fl-Appendiċi wieħed għandu jsib l-istampi murija lill-parteċipanti waqt l-intervisti, it-tweġibiet miġbura mill-40 parteċipant skont l-etajiet tagħhom u l-lokalità fejn joqogħdu, kif ukoll it-tweġibiet organizzati għal kull stampa skont il-frekwenza ta’ kull terminu, jiġifieri hawnhekk għoddejt il-frekwenza ta’ kull terminu użat għal kull stampa irrilevanti mill-età jew ġeografija tal-informant.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectSociolinguistics -- Malta -- Gozoen_GB
dc.subjectClothing and dress -- Social aspects -- Malta -- Gozoen_GB
dc.subjectMaltese language -- Dialects -- Malta -- Gozoen_GB
dc.titleL-ilbies : studju soċjolingwistiku f’Għawdexen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSpiteri, Mary-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL025.pdf
  Restricted Access
6.18 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.