Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13396
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-10-25T09:05:21Z-
dc.date.available2016-10-25T09:05:21Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13396-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-ewwel parti tat-tieni kapitlu tistħarreġ il-kuntest kulturali tal-versi maġiċi minn żmien l-Inkwiżizzjoni Rumana sal-ġurnata tal-lum. Għall-kuntrarju ta’ dak li argumenta Cassar Pullicino, f’din it-taqsima se jidher li f’mumenti ta’ biża’, rabja u kull xorta ta’ emozzjoni oħra qawwija li ħass il-popolin, l-iskunġrar u s-seħta, ir-reliġjon u l-figuri pagana jiksbu intensità ugwali. Wieħed jista’ jasserixxi li proprju għalhekk il-popolin ħass il-bżonn li joħloq versi ta’ protezzjoni għall-istess seħta li kienet titnissel minnu, bħala ġemgħa li taf li ġewwa qalbha m’għandhiex biss intenzjonijiet tajba, jew bħala individwu li mill-intenzjonijiet ġieli ħżiena tiegħu ħass li f’moħħ ħaddieħor hemm ukoll l-istess xewqat. F’dan il-kuntest ġenerali wieħed jista’ jifhem għaliex uħud mill-versi maġiċi ġew ittrattati b’mod delikat mill-istudjużi f’dan il-qasam, kif jaċċenna Patri Manuel Magri meta jispjega kemm huwa diffiċli li wieħed jikseb dawn il-formoli minħabba s-sensittività superstizzjuża li tiċċirkondahom (10). It-tieni parti ta’ dan il-kapitlu tistħarreġ il-fiduċja popolari fit-tleħħin maġiku tal-versi tal-iskunġrar, sentiment li jintiseġ sfiq max-xejriet primittivi tagħhom u mal-intuwizzjoni kollettiva li fihom hemm maħżuna l-qawwa sopranaturali tal-ilħna tal-antenati li qed jitkellmu mill-ġdid. L-aħħar parti ta’ dan il-kapitlu tiffoka fuq is-superstizzjoni li titqawwa minħabba xi rabta mal-lejl. Il-lejl kien, u f’xi każijiet għadu, iġib miegħu ħsibijiet dwar l-inċertezza tal-ħajja, u tħassib dwar kif u meta se tasal il-mewt. Biex il-bniedem itaffi din il-biża’, u speċifikament biex isalva mill-mewt il-ħażina, jinqeda b’varjazzjonijiet ta’ formoli spiritwali vversifikati. It-tielet kapitlu javviċina s-suġġett miż-żewġ naħat imsemmijin fuq: kemm mit-teorija tal-maġija li għandha element letterarju fiha, kif ukoll minn sorsi li huma u jitkellmu fuq il-letteratura jagħrfu fiha funzjoni maġika. L-ewwel taqsima se tiffoka fuq il-maġija intrinsika tal-kelma poetika permezz ta’ eżempji ta’ formoli minn ġabbara Maltin diversi, kif ukoll minn versi li nstabu matul din ir-riċerka. L-aħħar taqsima se tiffoka fuq l-aspett inkantatorju intrinsiku ta’ xejriet letterarji qodma. Dan għaliex, kif jargumenta Patrick Dunn, hemm korrelazzjoni antika bejn is-seħer u l-funzjonijiet letterarji ta’ għodod figurattivi u akustiċi bħall-metafora u l-alliterazzjoni (59). Finalment, ir-raba’ kapitlu jistħarreġ ir-relazzjoni bejn l-element sagru u dak vulgari fil-formoli maġiċi. Ħafna drabi l-popolin, minħabba ċirkustanzi ta’ biża’ jew tensjoni li jiltaqa’ magħhom, iħoss li għandu jgħaqqad dawn l-elementi flimkien, biex il-qawwa maġika li jkun qiegħed jevoka tinkiseb mid-dimensjoni reliġjuża u minn dik okkulta fl-istess waqt, bir-riżultat ta’ effett minnufih. L-ewwel taqsima ta’ dan il-kapitlu se tiffoka fuq l-evokazzjoni tal-qaddisin: l-ewwel sors sagru tentattiv li l-popolin idur għalih f’mumenti diffiċli f’ħajtu. Dan se jiġi segwit minn taqsima oħra li tittratta l-element intimu u vulgari, fid-dawl ta’ dak li josserva Mikhail Mikhailovic Bakhtin meta josserva l-qrubija tal-kliem u l-espressjonijiet vulgari fil-letteratura lejn in-natura umana (383). B’hekk il-popolin, f’mumenti intimi jew intensi fost oħrajn, ħassu aktar sodisfatt b’formoli li jesprimu b’mod vulgari, anki kultant oxxen, dak li kien qiegħed iġarrab f’għamla ta’ xewqat jew biżgħa qawwija.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectOral tradition -- Maltaen_GB
dc.subjectFolk songs, Malteseen_GB
dc.subjectSuperstition -- Maltaen_GB
dc.titleFunzjonijiet soċjali tal-vers popolari Malti : is-seħta u l-iskunġraren_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSchembri Fava, Yanika-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL024.pdf
  Restricted Access
3.29 MBAdobe PDFView/Open Request a copy
VTS_01_1 (1).VOB
  Restricted Access
1.05 GBUnknownView/Open Request a copy
VTS_01_2 (1).VOB
  Restricted Access
1.05 GBUnknownView/Open Request a copy
VTS_01_3 (1).VOB
  Restricted Access
683.11 MBUnknownView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.