Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13400
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-10-25T09:11:59Z-
dc.date.available2016-10-25T09:11:59Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13400-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractFl-ewwel kapitlu se nikkummenta dwar il-modi kif tista’ titqassam id-dinja annimali. Hemm diversi modi u perspettivi differenti kif tista’ tħares lejn din id-dinja u naraw li lanqas ix-xjentisti stess ma jaqblu bejniethom dwar kif għandhom jitqassmu l-annimali. L-aktar perspettiva importanti għal din it-teżi hi dik tal-bniedem komuni u kif hu jikkategorizza d-dinja annimali, skont ir-relazzjoni li bena magħha matul iż-żmien. Analizzajt il-modi differenti ta’ kif l-annimal deher fil-ħajja tal-bniedem u kif ġie sfruttat għal raġunijiet differenti. It-tieni kapitlu se jittratta kif l-annimali jidhru fl-immaġinazzjoni kollettiva tagħna l-Maltin, b’attenzjoni partikolari lejn l-espressjonijiet u l-idjomi, il-qwiel u anke l-poeżija Maltija, ladarba anke l-artist sa ċertu punt jirrifletti l-fehmiet tan-nies ta’ madwaru li lilhom ikellem. Dan se jagħtina idea dwar il-preżenza tal-annimal kif imxiet mid-dinja għal-lingwa, kif l-annimal sar metafora u ismu sar iwassal bosta kwalitajiet u karatteristiċi lil hinn mill-annimal innifsu. Madanakollu, il-firxa tal-annimali fl-immaġinazzjoni kollettiva hi waħda estensiva u mhux possibbli li nittratta kull xogħol b’rabta mal-annimali fil-limiti ta’ din it-teżi. Minħabba f’hekk, l-analiżi tiegħi dwar dan is-suġġett se tkun waħda konċiża li tittratta l-idea aktar milli kull eżempju speċifiku. L-aħħar kapitlu huwa l-bażi tar-riċerka tiegħi. Se jippreżenta r-riżultati li ġbart mill-korpus u jqabbilhom mad-dizzjunarju, filwaqt li juri d-data miġbura mill-programm Seħer il-Malti. Għal kull annimal se nanalizza r-riżultati miġbura u nikkummenta dwarhom. Fejn l-isem tal-annimal hu użat biex jirreferi għal aktar minn entità waħda fid-dinja, se nagħti r-raġunijiet tiegħi għala naħseb li ngħażel dan l-isem, u xi kultant nasal għal din il-konklużjoni bl-għajnuna ta’ kotba jew siti elettroniċi u drabi oħra t-teorija tiegħi tkun biss spekulazzjoni. Din it-teżi se tikxef l-abbiltà ta’ Aquilina li jiġbor fid-dizzjunarju tiegħu t-tifsiriet differenti li jkopru l-ismijiet tal-annimali, u kemm id-dizzjunarju tiegħu hu rifless dirett tal-lingwa mitkellma llum. Irridu nżommu f’moħħna meta nkiteb id-dizzjunarju, u għalhekk kemm il-lingwa żviluppat minn dak iż-żmien lil hawn. Dan l-ispazju ta’ żmien u l-bidliet lingwistiċi li seħħew fih għandu jagħmel tajjeb għalihom il-kontribut tal-korpus elettroniku, l-MLRS, bir-rikkezza ta’ xhieda tal-użu ħaj tal-lingwa, abbundanti u aġġornata. Permezz ta’ din it-teżi nixtieq nixhed il-preżenza qawwija tal-annimali fil-lingwa ta’ kuljum filwaqt li nanalizza kif l-isem tal-annimal żviluppa matul is-snin sakemm it-tifsira tiegħu xi kultant tbiegħdet u saret indipendenti mill-annimal innifsu.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectAnimals in literatureen_GB
dc.subjectAnimals -- Quotations, maxims, etc.en_GB
dc.subjectAnthropomorphism in literatureen_GB
dc.titleL-annimali : kif jidhru fil-Malti fid-dizzjunarju u fl-MLRSen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCauchi, Leanne-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL009.pdf
  Restricted Access
1.67 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.