Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13405
Title: | Analiżi tal-iżbalji ortografiċi li saru fl-eżami tal-matrikola tal-Malti fil-livell avvanzat fl-2015 |
Authors: | Schembri, Corinne Marie |
Keywords: | Maltese language -- Orthography and spelling Maltese language -- Errors of usage Maltese language -- Orthography and spelling -- Problems, exercises, etc. |
Issue Date: | 2016 |
Abstract: | Fl-ewwel kapitlu, ingħatat ħarsa ħafifa lejn l-iżvilupp tal-kitba bil-Malti u l-importanza tal-ortografija skont il-fehma ta’ diversi studjużi. Barra minn hekk, ġie spjegat l-għan tar-riċerka u ngħatat ukoll ir-raġuni għaliex ġie studjat dan il-qasam. It-tieni kapitlu jiffoka fuq il-metodoloġija użata fit-twettiq ta’ din ir-riċerka, jiġifieri, il-proċess tat-tqassim tal-iskritti flimkien mal-ġabra u l-klassifikazzjoni tal-iżbalji ortografiċi. Mill-banda l-oħra, fit-tielet u fir-raba’ kapitlu, issir analiżi tal-iżbalji ortografiċi li jkunu nstabu u tinħareġ statistika relatata mal-frekwenza tal-aktar żbalji komuni magħmula mill-kandidati fil-livell avvanzat. Barra minn hekk, isir paragun bejn it-tipi ta’ żbalji li nstabu fir-riċerka attwali u dawk li sabet Dimech fl-istudju tagħha. L-aħħar kapitlu jiġbor fil-qosor ir-riżultati miksuba u l-konklużjonijiet li joħorġu minn din l-analiżi. Fil-fatt, dan il-kapitlu jitfa’ dawl fuq is-sitwazzjoni li tinsab fiha l-ortografija Maltija f’kuntest partikolari sewwasew kif inhi mħaddma minn grupp ta’ persuni, x’aktarx żgħażagħ li għażlu li jiffukaw l-istudji tagħhom fuq il-Malti u għamlu l-eżami fil-livell avvanzat tiegħu. Barra minn hekk, jiġu identifikati numru ta’ fatturi li x’aktarx qed iħallu impatt negattiv fuq il-kitba bil-Malti. Isiru wkoll xi suġġerimenti prattiċi bl-għan li jiġu megħluba dawn id-diffikultajiet. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13405 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2016 Dissertations - FacArtMal - 2016 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
16BAMAL023.pdf Restricted Access | 4.82 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy | |
16BAMAL023 accompanying material.xlsx Restricted Access | 160.41 kB | Microsoft Excel XML | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.