Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13419
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-10-25T10:01:39Z-
dc.date.available2016-10-25T10:01:39Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13419-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractFl-ewwel kapitlu ttrattajt xi xogħlijiet, kemm teżijiet u anke kotba, dwar is-sengħa tal-bizzilla li kienu ta’ għajnuna jew riferiment biex nibni t-teżi tiegħi. Għalkemm mhux il-kotba kollha kien fihom materjal daqshekk utli, iffukajt l-aktar fuq dawk li għamilt użu minnhom u li deherli li kienu importanti għas-suġġett. Kull ktieb jittratta l-bizzilla minn aspetti varji u għalhekk tajt ħarsa lejn il-qofol tiegħu u l-elementi li jsawru s-suġġett li jitkellem dwaru l-awtur. F’xi każijiet urejt ukoll x’għandu komuni ktieb ma’ ieħor u kif xi aspetti jiddistingwuh minn oħrajn, fosthom il-mod kif ġie mfassal u miktub. L-interess ta’ kull pubblikazzjoni msemmija jvarja u xi xogħlijiet huma iktar tekniċi u jolqtu l-aktar lil min jaħdem il-bizzilla, fosthom dawk li jagħfsu fuq l-għodod, il-proċessi u d-disinni. Oħrajn iservu biss ta’ informazzjoni ġenerali lill-qarrejja komuni li jinteressahom li jitgħallmu aktar fuq kif żviluppat din is-sengħa tul is-snin. Dan jidher b’aktar reqqa fit-tieni kapitlu, li jittratta l-istorja tal-bizzilla miż-żmien li ġiet skoperta għall-ewwel darba f’Ġenova sa meta laħqet il-qofol tagħha mis-seklu 19 ʼil quddiem, u x’wassal għall-qagħda preżenti tas-sengħa tal-bizzilla. Tul dan ir-rakkont inkludejt kemm il-mumenti sbieħ kif ukoll dawk kajmana tagħha, għax kull perjodu u ħakma tal-pajjiż kellhom riperkussjonijiet differenti. Enfasizzajt ukoll il-mod li bih il-bizzilla ġiet introdotta Għawdex bl-elementi kollha tagħha, li jiddistingwuha minn dik ta’ Malta, u min kienu l-pijunieri li taw dak kollu li setgħu biex din l-industrija tkun ta’ suċċess, ewlieni fosthom Dun Ġuzepp Diacono. Tul ir-riċerka kollha li għamilt fuq l-istudji li saru fuq l-istorja tal-bizzilla għaraft kemm hija sengħa b’mgħoddi għani li, għalkemm għadha tinħadem minn xi wħud, sfortunatament il-ġejjieni tagħha hu inċert, speċjalment meta tħares lejha bil-lenti żagħżugħa. Fit-tielet kapitlu tajt ħarsa mill-qrib lejn dak kollu li jsawwar il-produzzjoni tal-bizzilla. Bdejt b’deskrizzjoni fuq l-għodod prinċipali li jintużaw, bil-funzjonijiet kollha tagħhom u x’użu baqgħalhom illum il-ġurnata. Tajt ukoll ħarsa lejn il-varjetà ta’ proċessi li jintużaw biex tinħadem il-bizzilla, ibda minn kif għandek tagħmel użu tajjeb tal-idejn sa kif tqassar u ttawwal il-ħajt, fost oħrajn. Ħafna minn dawn il-linji gwida jintwerew b’mod iżjed ċar fil-klips li inkludejt fl-aħħar fuq is-CD. Fl-aħħar sezzjoni ta’ dan il-kapitlu inkludejt ukoll xi informazzjoni fuq il-ponti li jistgħu jinħadmu fil-bizzilla biex joħolqu disinn sħiħ u daħħalt skeċċ għal kull wieħed bħala referenza. Biex jissawwar xogħol ta’ dan it-tip, kien importanti li jkolli viżjoni ċara u li nifhem dak li qed nikteb, u għalhekk il-metodoloġija deskritta fir-raba’ kapitlu kienet parti essenzjali. Tajt spjegazzjoni sħiħa mill-iċken idea li kelli fuq il-bizzilla u l-għażliet li għamilt biex fassalt dan ix-xogħol. Attendejt bosta avvenimenti u laqgħat biex tgħallimt dak kollu li kien relevanti u mistħoqq biex nidħol aktar fid-dinja ta’ sengħa bħal din. Nista’ ngħid li dawn l-aħħar sentejn ta’ studju tiegħi kienu esperjenza ġdida u affaxxinanti, kemm mil-lat lingwistiku kif ukoll mil-lat ta’ kontenut kulturali, u dan inħoss li għandha tixhdu t-tifsila ta’ din it-teżi. L-oġġettiv tal-ħames kapitlu hu ġabra sħiħa tal-kliem użat fix-xogħol tal-bizzilla, fosthom nomi, aġġettivi, verbi u anke xi frażijiet komposti. Fl-ewwel parti tal-kapitlu tkellimt fuq kif inhu mqassam, bi spjegazzjoni individwali ta’ kull kolonna li hemm fit-tabella eżatt wara, bit-termini kollha miġbura. Biex ninterpreta aħjar għal xiex qed jirreferi l-kliem, fejn kien meħtieġ inkludejt ukoll sensiela ta’ ritratti li ħadt tul iż-żmien tar-riċerka tiegħi.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectLace and lace making -- Maltaen_GB
dc.subjectMaltese language -- Lexicologyen_GB
dc.subjectLace and lace making -- Malta -- Historyen_GB
dc.subjectLace and lace making -- Malta -- Terminologyen_GB
dc.titleIl-bizzilla Maltija : is-sengħa u t-terminoloġija tagħhaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorFalzon, Nicole-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL011.pdf
  Restricted Access
8.44 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.