Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13436
Title: | Wirt (1989) : ħarsa tematika, stilistika u kuntestwali ta’ dan id-dramm storiku |
Authors: | Galea, Silvio |
Keywords: | Television plays, Maltese Historical drama, Maltese Patriotic plays, Malta |
Issue Date: | 2016 |
Abstract: | F’din it-teżi se jiġu rrappreżentati wħud mill-perspettivi attwali ta’ teledramm storiku Malti mtella’ fis-sena 1989. Wirt b’kitba ta’ Lino Farrugia f’dan l-istudju se jiġi analizzat tematikament mill-perspettivi kollha li jsawru teledramm, b’attenzjoni partikolari fuq l-impatt storiku li joħroġ minnu għaliex l-ambjentazzjoni tal-ġrajja tintrabat mal-elementi storiċi tan-nazzjon sabiex tiġi rrappreżentata parti mill-istorja ta’ Malta. Dan id-dramm huwa wieħed differenti minn teledrammi oħra għaliex waqt li wħud mit-teledrammi jagħżlu li jirrappreżentaw storja fittizja, Wirt għalkemm il-ġrajja u l-karattri huma lkoll dawk fittizji, fih innifsu jirrappreżenta parti mill-identità storika tagħna. Raġuni għaliex għażilt dan it-teledramm bħala parti mill-istudji tiegħi hija għaliex nemmen li dan id-dramm ħalla warajh impatt kulturali qawwi għaliex dak li nsegwu fuq it-televixin jinfluwenza kemm il-mentalità kif ukoll il-moralità tagħna. Wara li tidħol fl-ispirtu tas-sitt episodji tat-teledramm tibda tħossok parti mill-istorja u bla ma trid tibda tapprezza iktar l-istorja ta’ Malta u tħossok bil-wisq kburi li inti ċittadin Malti. Il-ġrajja hija ambjentata fil-perjodu ta’ meta l-ħaddiema bdew jiġġieldu għall-identità u l-ħelsien tal-pajjiż u għalhekk fik innifsek jibda jitlissen sens qawwi ta’ patrijottiżmu. Il-mod ta’ ħajja li kienu jgħixu l-karattri; kemm is-sinjuri u anke l-fqar, il-valuri tas-soċjetà Maltija, il-ħakma kolonjali, il-politika u l-indipendenza jgħinuk tapprezza dejjem iktar dak li missirijietna kienu jemmnu fih. Għalhekk permezz ta’ dan id-dramm l-udjenza setgħet tifhem xi jfisser li tkun ċittadin patrijott ta’ pajjiżek. Wirt kien teledramm kulturali segwit u ġie ddefenit bħala ‘‘L-avveniment televiżiv Malti tas-sena’’ fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju ta’ Malta Indipendenti. Ħassejt għalhekk li l-istudju fuq dan it-teledramm huwa wieħed bżonnjuż għaliex fiha nnifisha, l-ambjentazzjoni tal-ġrajja tirrifletti t-tibdil li kien qiegħed iseħħ fil-kultura u fis-soċjetà lokali. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13436 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2016 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
16BAMAL015.pdf Restricted Access | 728.55 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.