Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/1680
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.contributor.authorMifsud, Jeanelle-
dc.date.accessioned2015-02-26T08:54:18Z-
dc.date.available2015-02-26T08:54:18Z-
dc.date.issued2014-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/1680-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractTradizzjonalment l-avverbju hu magħruf bħala l-parti tad-diskors li tispeċifika jew timmodifika t-tip ta’ azzjoni tal-verb. Madankollu l-avverbji jistgħu wkoll jimmodifikaw elementi li ma jaqgħux taħt il-verb, pereżempju l-aġġettivi, It-tifla ħelwa immens, il-prepożizzjonijiet, Tela’ ’l fuq iżżejjed, u saħansitra avverbji oħra, Kiber wisq malajr (Brother Henry 190). Bħalma jispjega Crystal (8), dan il-grupp ta’ kliem sar eteroġenju billi żdied miegħu għadd ta’ tipi ta’ kliem differenti, ngħidu aħna, intensifikaturi bħal tassew. Fi kliem ieħor, l-avverbju hu dak li jimmodifika kull element tas-sentenza, inkluż is-sentenza sħiħa, għall-kuntrarju tal-aġġettiv li jimmodifika biss in-nom. L-avverbju jista’ jimmodifika wkoll frażijiet jew anki sentenzi sħaħ, skont jekk jiġix integrat bejn l-elementi differenti tas-sentenza u jimmodifika wieħed jew tnejn minnhom biss, jew jekk jiħux il-forma ta’ sentenza subordinata avverbjali u b’hekk jimmodifika s-sentenza prinċipali kollha. Fil-każ tal-Malti ma sarx ħafna studju fuq l-avverbji. Fil-fatt ħafna grammatiċi (Cachia 125-29; Cremona 229-300; Sutcliffe 193-199; Brother Henry 190-91) kemm isemmuhom fuq fuq u jinnutaw li jinqasmu, fost l-oħrajn, f’avverbji taż-żmien, bħal għada, f’tal-post, bħal hemm, f’tal-mod, bħal bil-mod, f’tal-kwantità/grad, bħal immens, f’tan-negazzjoni, bħal ma ... xejn, jew f’tal-mistoqsija, bħal kif. Ħafna grammatiċi bikrin (Cremona 228-30; Brother Henry 190; Zarb 294) iqisu l-avverbju fil-Malti bħala kategorija grammatikali li taqa’ taħt il-partiċella. L-iskop ta’ din it-teżi hija li nfittex il-kunċett tal-avverbju fiex jissarraf fil-Malti u kif iġibu ruħhom il-kliem u l-frażijiet kollha li jaqgħu taħt din il-kategorija. Biex nagħmel dan, l-ewwel se nibda billi niċċara l-kunċett tal-avverbiju billi nesplora kif jiġi użat fid-deskrizzjoni grammatikali ta’ lingwi differenti. Għażilt li niffoka fuq tliet lingwi, l-Ingliż, it-Taljan u l-Għarbi, u nara kif l-avverbju jidher f’dawn il-lingwi biex b’hekk inkun nista’ nqabbel id-differenzi u s-similaritajiet interlingwistiċi. Għażilt dawn it-tliet lingwi l-għaliex minħabba li għandhom tradizzjoni twila u estensiva ta’ riċerka grammatikali u minħabba li fl-istorja lingwistika ta’ pajjiżna, dawn it-tliet ilsna kellhom l-aktar kuntatt ma’ tagħna u allura setgħu jaffettwawh b’xi mod jew ieħor. Fejn jidħlu t-transliterazzjonijiet bl-Għarbi ma stajtx nagħti l-gloss bħalma hu mistenni minħabba li l-kotba li kont qed nikkonsulta ma taw l-ebda ħjiel tal-elementi individwali tas-sentenza, anzi ħafna drabi l-eżempji li kienu jagħtu kienu bl-Għarbi biss, allura kienet sfida għalija, li ma naqrax bl-Għarbi biex neqleb l-eżempji bl-alfabett Latin u biex nipprova nsib it-tifsira ta’ kull kelma individwali li kienet użata. Fejn kien hemm bżonn biex il-punt li nkun qed niddiskuti joħroġ akar ċar, niżżilt ukoll il-kategorija grammatikali tat-transliterazzjoni. Fejn jidħlu l-eżempji, fejn ħassejt li kelli niġbed l-attenzjoni lejn xi parti partikolari ta’ sentenza jew frażi li kont qed inġib bħala eżempju, għamilt dan billi qtajt linja taħtha.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Adverben_GB
dc.subjectMaltese language -- Grammaren_GB
dc.titleIl-funzjoni avverbjali fil-Maltien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/A-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
14BAMAL026.pdf
  Restricted Access
14BAMAL0261.1 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.