Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/24658
Title: | Is-sottotitli Taljani tal-film ‘Simshar’ u l-analiżi tagħhom |
Authors: | Castorina, Luisa |
Keywords: | Simshar (Motion picture : 2014) Motion pictures -- Malta Dubbing of motion pictures Subtitles (Motion pictures, television, etc.) Audio-visual translation Maltese language -- Translating into Italian |
Issue Date: | 2017 |
Abstract: | Niftakar li minn mindu kont tifla kont naffaxxina ruħi mill-films, speċjalment minn dawk li mingħalija kienu Taljani. Id-dar minn dejjem konna nsegwu televiżjoni bit-Taljan u meta konna niltaqgħu ma’ xi film jew film animat erħilna nwarrbu kollox minn idejna u nintefgħu narawh. Meta kont qiegħda nikber stajt nirrealizza illi x-xuftejn tal-atturi ma kinux jiċċaqalqu eżatt mal-kliem u b’hekk skoprejt x’kien id-doppjaġġ. Din kienet ħaġa li affaxxinatni immens u komplejt sakemm kbirt u sirt adulta nipprova naqleb jien stess xi frażi oħra li seta’ jgħid id-doppjatur. Din kienet waħda mir-raġunijiet għaliex għażilt li nidħol għall-Maġisteru fl-Istudji tat-Traduzzjoni u t-Terminoloġija fl-Università ta’ Malta u waslitni sabiex nikteb din id-dissertazzjoni billi nipproduċi sottotitli bit-Taljan tal-film Malti Simshar. Din id-dissertazzjoni hija maqsuma f’erba’ kapitli. Fl-ewwel kapitlu qiegħda nagħti informazzjoni ġenerali rigward il-film Simshar, b’kitba u direzzjoni ta’ Rebecca Cremona. Dan il-film jirrifletti t-traġedja li kienet seħħet fl-2008 fejn l-aħbar ta’ din id-dgħajsa li għebet ħasdet lil Malta kollha. F’dan l-istess kapitlu nsemmi kif is-sottotitli f’Malta għadhom filbidu u d-Dipartiment tat-Traduzzjoni se jniedi xi study-units fil-qasam tat-traduzzjoni awdjoviżiva fil-kors tal-Maġisteru fl-Istudji tat-Traduzzjoni u t-Terminoloġija. Fit-tieni kapitlu ddeċidejt li nikteb dwar l-istorja tas-sottotitli. Il-qosor ta’ dan ilkapitlu fil-fatt jirrifletti kemm għad m’hawnx daqshekk informazzjoni rigward dan u kemm kienet diffiċli għalija li nsib informazzjoni valida. Insistejt li ninkludi dan il-kapitlu għaliex kienet idea innovattiva f’dissertazzjoni ta’ dan it-tip u ridt nenfasizza kemm l-istorja hija importanti sabiex wieħed jifhem kif wasalna għall-preżent. Fit-tielet kapitlu nsibu t-traduzzjoni u l-adattament tad-djalogu bil-Malti tal-film Simshar (2014). F’din is-sezzjoni nsibu erba’ kolonni li jispjegaw il-proċess mill-bidu nett vi sal-aħħar tas-sottotitli bit-Taljan, fejn wieħed jista’ jikkumpara bejn kolonna u oħra l-proċess tat-titjib fil-lingwa u fit-teknika. Fir-raba’ kapitlu nsibu l-analiżi fejn nikteb dwar l-esperjenza tiegħi, id-diffikultajiet li sibt u kemm it-traduzzjoni u s-sottotitli involvew xogħol u riċerka vasta. Iddeċidejt li ma niddedikax kapitlu sħiħ magħruf aħjar bħala l-Literature Review għaliex għażilt li nintegra tteoriji l-aktar rilevanti u l-aktar użati fit-traduzzjoni awdjoviżiva u fis-sottotitli b’mod partikolari. Dan għamiltu b’mod li nappoġġja l-għażliet li ħadt u fl-istrateġiji li użajt sabiex wasalt għat-traduzzjoni u għall-adattament finali ta’ dan il-proġett. |
Description: | M.A.TRANSLATION |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/24658 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2017 Dissertations - FacArtTTI - 2017 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
17MATTI003 Castorina Luisa.pdf Restricted Access | 1.6 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.