Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/25457
Title: | “NgHixu hienja tul il-jiem ...” : studju ta’ awtur fuq Pawlu Mifsud ghall-istudenti fit-tieni sena tal-iskola medja |
Authors: | Fenech, Maria |
Keywords: | Maltese literature -- Study and teaching (Secondary) -- Malta Mifsud, Pawlu, 1928-1996 -- Criticism and interpretation Literature -- Terminology |
Issue Date: | 2017 |
Abstract: | F’din id-dissertazzjoni qed ikun ippreżentat studju ta’ awtur fuq Pawlu Mifsud, kittieb li joffri l-possibbiltà li jiġi studjat minħabba l-medda ta’ ġeneri li kiteb bi skop li jwassal għadd ta’ valuri u gost estetiku lill-qarrejja tiegħu. B’dan l-istudju ta’ awtur l-istudenti mistennija jagħtu r-respons kritiku tagħhom. Tingħata attenzjoni wkoll lill-pedagoġija ta’ xi termini letterarji bażiċi. Dan l-istudju ta’ awtur huwa maqsum f’għaxar lezzjonijiet li jmissu xogħlijiet differenti ta’ Mifsud. Kull lezzjoni tistrieħ fuq pedagoġija sistematika u kreattiva. Fil-bidu ġew intervistati tmien għalliema li qasmu l-fehmiet tagħhom dwar l-idea ta’ studju ta’ awtur u l-pedagoġiji li huma japplikaw fit-tagħlim tat-termini letterarji. Wara, ippreżentajt il-lezzjonijiet bir-riżorsi għal magħhom lil għaxar għalliema oħra li evalwaw ix-xogħol permezz ta’ kwestjonarju. Kelli l-opportunità wkoll li nirrifletti fuq dawn il-lezzjonijiet; għallimt żewġ lezzjonijiet ma’ klassi tat-tieni sena tal-iskola medja. Mill-analiżi tal-informazzjoni miġbura ħarġet ix-xewqa li jibdew jiġu rikonoxxuti awturi oħra minn dak issuġġerixxit fis-sillabu sa issa. Barra minn hekk, tqajmet kuxjenza fuq il-bżonn ta’ pedagoġija iktar sistematika għat-tagħlim tat-termini letterarji fejn l-istudent jitpoġġa fiċ-ċentru tat-tagħlim u jagħmel it-termini tiegħu b’taħriġiet u prattika f’kuntesti reali. |
Description: | B.ED.(HONS) |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/25457 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacEdu - 2017 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
17BED059.pdf Restricted Access | 21.82 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.