Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29875
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2018-05-08T13:28:41Z-
dc.date.available2018-05-08T13:28:41Z-
dc.date.issued2017-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29875-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin it-teżina teżamina l-element komiku fi tliet drammi ta’ Alfred Buttigieg bl-iskop li mhux biss torbot magħhom il-filosofija tal-komiku li fflorixxiet minn żmien il-Griegi, imma wkoll turi li taħt il-qoxra tal-komiku hemm element serju li jirrikjedi riflessjoni. It-tliet drammi li għażilt għal dan l-istudju huma: Ir-Rewwixta tal-Qassisin (1986), Dwar Menopawsi, Minorenni u Muturi High Speed (2012), u Mela hawn xi Manikomju? (2016). Ir-raġuni għala għażilt dawn id-drammi bħala parti mill-istudji tiegħi hija għaliex huma l-aktar li għandhom elementi umoristiċi fihom fost dawk li kiteb Buttigieg. Alfred Buttigieg bħala drammaturgu interessani għall-fatt li d-drammi tiegħu huma differenti ħafna minn xulxin; b’temi u b’aspetti komiċi differenti. Huma maħdumin tajjeb ħafna u ħtieġu ħafna xogħol u ħsieb sabiex jintlaħaq tajjeb l-iskop ta’ Buttigieg. Fil-fatt wieħed jinnota li hemm qabża kbira bejn id-dati ta’ meta nkitbu. Il-kittieb stess jistqarr: “Inħoss li jekk biċċa xogħol ma toffrix sfida m’hemmx lok għalfejn wieħed għandu jiktibha. Forsi għalhekk tul laħħar tletin sena ktibt relattivament ftit xogħlijiet.” (Intervista mad-drammaturgu Alfred Buttigieg dwar Menopawsi, Minorenni u Muturi High Speed b.p.) Dan l-istudju, minbarra li jħares lejn l-element umoristiku f’dawn id-drammi, iħares ukoll lejn l-influwenzi li kellu Buttigieg biex wasal għall-kitba tiegħu. L-ewwel dramm full-length tiegħu kien proprju Ir-Rewwixta tal-Qassisin. Dan id-dramm fi dramm ittella’ l-ewwel darba fl-1986 fi żmien meta Malta kienet għaddejja minn perjodu ikrah ta’ taqlib sħiħ politiku. Dan reġa’ ttella’ għat-tieni darba fl-2005. Buttigieg, bħala wieħed li tinteressah ħafna l-istorja u li studjaha bir-reqqa, ried ifakkar lill-Maltin fatt storiku li seħħ f’pajjiżhom, filwaqt li jikkritika l-preżent u jġiegħel lill-Maltin jirriflettu fuq il-qagħda tagħhom u forsi jqumu fuq saqajhom u ma jħallux lil min imexxihom iżjed minn imneħirhom. Għalkemm kisbu l-indipendenza, u għalkemm daħlu fl-Unjoni Ewropea, jibqa’ l-fatt li l-Maltin baqgħu servili u dan ikidd ħafna lil Buttigieg. Din il-kritika d-drammaturgu joħloqha bis-satira politika; jissatirizza lill-Knisja, lill-Istat kif ukoll lill-poplu. Huwa jinqeda bir-Rettur komiku li jidher sikwit jikkoreġi lill-atturi fl-imġiba u l-lingwaġġ tagħhom, u wkoll ixewwex kontra l-Istat u l-Knisja b’ton satiriku u ironiku. Din it-teknika li juża Buttigieg hija influwenza sħiħa tad-dramm Marat/Sade ta’ Peter Weiss. Hija teknika Brechtjana. Fit-tieni kapitlu, dan l-istudju juri kif din l-influwenza tidher fl-aspett komiku fid-dramm ta’ Buttigieg. Juri kif il-kor komiku huwa wkoll jagħmel parti minn din it-teknika; jindirizza lill-udjenza bil-vrus kantanti tiegħu filwaqt li jgħaddi kummenti satiriċi u politiċi. “Il-mużika bla dubju hija tal-widna, varjata, ironika, f’xi waqtiet u li għandha tagħti gost lill-udjenza”. (Buttigieg, Ir-Rewwixta tal-Qassisin Dramm storiku mhux storiku b.p.) It-tieni dramm li ser jiġi ttrattat f’kapitlu 3 huwa Dwar Menopawsi, Minorenni u Muturi High Speed, li nħadem għall-ewwel darba b’direzzjoni ta’ Malcolm Galea. Huwa dramm influwenzat mill-film American Beauty li nħadem fl-1999 li joffri ħafna divertiment u daħk. Hu differenti għal kollox mid-dramm preċedenti għaliex l-ewwel nett, Buttigieg jiffoka fuq l-iżvilupp tal-karattri aktar milli l-istorja, prinċipalment il-karattru komiku ta’ Henry. Barra minn hekk, it-tema prinċipali hija riflessa fuq ir-realtà ta’ ħafna nies li jbgħatu mill-menopawsa. Ta’ spiss tiltaqa’ ma’ nies li jħossuhom żgħar jew jixtiequ li għadhom żgħar b’konsegwenza li jaġixxu b’mod ġovanili bħalma hi Kate u b’mod partikolari Henry ta’ dan id-dramm. Dan l-aġir jidher komiku għallħafna nies. Madankollu, il-mira ta’ Buttigieg kienet mhux biss li jdaħħaq lill-udjenza imma wkoll juri li dan huwa “stadju li kapaċi jkun traġiku daqstant komiku” (Intervista mad-drammaturgu Alfred Buttigieg dwar Menopawsi, Minorenni u Muturi High Speed b.p.). Aspett komiku ieħor li ser juri dan ix-xogħol, huwa s-satira soċjali.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 20th centuryen_GB
dc.subjectButtigieg, Alfred, 1956- -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectHumor in literatureen_GB
dc.titleL-aspett umoristiku fi tliet drammi ta’ Alfred Buttigiegen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorRodgers, Stephnie-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL015.pdf
  Restricted Access
1.46 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.