Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29918
Title: It-temi ewlenin u l-istil letterarju tar-rumanzi ta’ Albert M. Cassola
Authors: Sciberras, Dorian
Keywords: Cassola, Albert M., 1915-1974 -- Criticism and interpretation
Realism in literature
Narration (Rhetoric)
Issue Date: 2017
Abstract: Din it-teżi tippreżenta lil Albert M. Cassola fid-dawl ta’ wieħed mill-ġeneri letterarji magħżula minnu. Huwa jidher bħala xi ħadd li għandu interpretazzjoni talħajja, u bħala kittieb li jiżviluppa l-istil minn rumanz għal ieħor. Ir-rumanzi mistħarrġa huma Tliet Nisa u Raġel (1958), stampat mill-ġdid fl-1972 fid-Dar ta’ San Ġużepp, il-Ħamrun mill-Editur Emanuel Bezzina, Nina (1970), maħruġ f’Il-Ħajja Nru. 3 u It-Tfajla bil-Fjur fuq Sidirha (1976 ), stampat ukoll fl-1979 mill-Klabb Kotba Maltin. Kull konklużjoni miksuba hi mibnija fuq riferiment dirett għat-test. Id-diskors jibda b’bijografija essenzjali u b’lista kronoloġika tax-xogħlijiet ippubblikati bejn l-1930 u l-1974. It-tieni kapitlu jispjega l-bidu tar-Realiżmu fl- Ewropa u f’Malta u jingħataw ir-raġunijiet għala Cassola jista’ jiġi ppreżentat bħala kittieb Realista. It-tielet kapitlu japplika l-elementi l-aktar importanti tan-narratoloġija bħala mezzi fl-analiżi tar-rumanzi. Ir-raba’ kapitlu jibni l-identità tan-narratur, u jiddeskrivi l-funzjonijiet li għandu fid-dawl tar-rumanzi. Il-ħames kapitlu jittratta l-karattri preżenti u t-tipi li jiddefinuhom fil-kritika. Is-sitt kapitlu jiffoka fuq il-komponent taż-żmien kemm b’mod ġenerali kif ukoll b’mod speċifiku f’kull rumanz. Is-seba’ kapitlu jippreżenta stħarriġ testwali tar-rumanzi fid-dawl tal-metodoloġija strutturalista. Kull konklużjoni hi mseddqa b’riferiment dirett għat-test.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29918
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL019.pdf
  Restricted Access
1.29 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.