Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29920
Title: | Ir-rakkontar tat-tibdil socjali f’Herbert Ganado u Guze Chetcuti |
Authors: | Scicluna, Sarah |
Keywords: | Social change -- Malta Ganado, Herbert, 1906-1979 -- Criticism and interpretation Ġużè Chetcuti 1914-2006 -- Criticism and interpretation Malta -- History -- 20th century |
Issue Date: | 2017 |
Abstract: | Din it-teżina tiffoka fuq il-proċess ta’ tibdil fis-soċjetà Maltija kif jirrakkontawh Ġużè Chetcuti u Herbert Ganado fi wħud mix-xogħlijiet tagħhom ambjentati fl-ewwel nofs tas-seklu għoxrin. L-oġġettiv tiegħi hu li nara kif dawn iż-żewġ awturi ddokumentaw dan it-tibdil soċjali mill-perspettivi differenti tagħhom. L-analiżi tiegħi se tagħfas fuq l-għodod letterarji li nqdew bihom, fosthom il-lingwaġġ figurattiv u t-ton. Ganado u Chetcuti raw ħafna tibdil fis-soċjetà f’Malta tul ħajjithom. Ganado twieled fl-1906 waqt li Chetcuti twieled fl-1914 u għalhekk wieħed jista’ jgħid li għexu fl-istess perjodu. Madankollu, irrakkontaw dan it-tibdil minn perspettivi kemxejn differenti. Chetcuti ffoka fuq ir-relazzjonijiet umani li kontinwament kienu jinbidlu u fuq l-emigrazzjoni li kienet mezz kif persuna tista’ ssib xogħol u futur ħafna aħjar milli seta’ jkollha f'Malta f’dawk iż-żminijiet. Min-naħa l-oħra, Ganado ffoka fuq l-ambjent fiżiku u rrefera għall-progress li għamlet Malta bħala “ħaġa li ġġib lil oħra” (Ganado 22). Barra minn hekk, jagħti stampa aktar wiesgħa li tinkludi l-istorja u t-tibdil politiku u soċjali ta’ Malta f’dawk iż-żminijiet. Iż-żewġ awturi tista’ tgħid li raw il-bidu tattranżizzjoni mis-soċjetà tradizzjonali għal dik moderna. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29920 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2017 Dissertations - FacArtMal - 2017 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
17BAMAL021.pdf Restricted Access | 925.05 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.