Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/34143
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2018-09-28T06:59:27Z-
dc.date.available2018-09-28T06:59:27Z-
dc.date.issued2017-
dc.identifier.citationBajada, L. (2016). Reġistru, temi u xbihat tabù fin- narrattiva kontemporanja Maltija (Master's dissertation)en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/34143-
dc.descriptionM.A.MALTESEen_GB
dc.description.abstractDan l-istudju jistħarreġ ir-reġistru, it-temi u x-xbihat tabù fir-rakkonti kontemporanji Maltijn, narrattiva li kulma jmur qed issir dejjem iżjed kożmopolitana. Minkejja lgħarfien ġenerali tal-element miżjud tat-tabù fin-narrattiva kontemporanja Maltija, il-kritika letterarja għadha ma eżaminatx fid-dettall in-narrattiva lokali meqjusa aktar provokattiva mill-perjodi ta’ qabilha. L-istħarriġ tal-kitba tal-aħħar perjodu Malti ilu jinteressani snin. Xi tnax-il sena ilu kienet ġiet f’idi l-ġabra ta’ novelli L-Istejjer Strambi ta’ Sara Sue Sammut, xogħol ta’ Immanuel Mifsud u, għalkemm il-lingwaġġ disfemistiku (li jisħaq fuq in-nuqqasijiet u x-xejriet koroh) u s-suġġetti ħasduni, din ilħasda nbidlet f’interess partikulari f’din in-narrattiva tal-periferija li spiss twarrab ilġudizzju, tissieħeb mal-weġgħat tad-devjanti, u toffri spazju sabiex l-aktar ħsibijiet mistura fl-individwi jiġu rrakkontati u eventwalment jinkixfu għall-qarrej. L-għażla li niffoka fuq il-perjodu kontemporanju Malti definittivament ma kinitx waħda estetika jew għaliex jirrappreżenta wieħed mill-ġeneri l-aktar reċenti. Minkejja r-riċensjonijiet li jinstabu mifruxin f’gazzetti u f’rivisti, u r-rakkonti li jisfidaw il-konfini stabbiliti, kien għadu ma sarx studju profond dwar it-tabù fin-narrattiva kontemporanja Maltija. Fis-seklu wieħed u għoxrin f’Malta dehru għadd ta’ awturi li f’xogħlijiethom bdew jittrattaw temi meqjusin tabù, xbihat provokanti u reġistru disfemistiku. Din in-narrattiva warrbet l-ewfemiżmi u ttrattat sitwazzjonijiet degradanti, oxxeni u li normalment jinżammu mistura. In-narrattiva kontemporanja Maltija hija l-iżjed tip ta’ kitba li toffri l-opportunità sabiex nistħarrġu t-tabù f’relazzjoni mal-istituzzjonijiet soċjali, id-djalettika bejn il-libertà u l-iskandlu talespressjoni u l-gradi ta’ provokazzjoni fil-ġeneri li tinqeda bihom. Għażilt dan ilperjodu narrattiv għaliex it-testi li se nistħarreġ jagħtu vuċi lin-narrazzjoni trasgressiva, xokkanti, provokattiva jew bizzarra u jeżemplifikaw ġrajjiet tal-periferija li jiddistingwuhom minn perjodi letterarji oħra aktar konservattivi. Il-kuntrast bejn ilperjodu attwali u bikri jinħass mhux biss għaliex qabel il-perjodu kontemporanju temi partikulari kienu jissemmew b’mod aktar sottili, iżda saħansitra jeżistu suġġetti li lanqas biss kien jinħolom li jiġu trattati.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 21st centuryen_GB
dc.subjectTaboo in literatureen_GB
dc.subjectGrotesque in literatureen_GB
dc.titleRegistru, temi u xbihat tabu fin- narrattiva kontemporanja Maltijaen_GB
dc.typemasterThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorBajada, Leanne-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17MAMAL001.pdf
  Restricted Access
2.44 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.