Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/35415
Title: Taghlim tas-smigh tal-Malti permezz tal-Eurovision Song Contest (ESC) : riflessjonijiet pedagogici miksuba minn kuntest sekondarju lokali
Authors: Cremona, Whitney
Keywords: Listening -- Activity programs
Maltese language -- Spoken Maltese -- Activity programs
Maltese language -- Study and teaching (Secondary)
Eurovision Song Contest
Issue Date: 2018
Citation: Cremona, W. (2018). Tagħlim tas-smigħ tal-Malti permezz tal-Eurovision Song Contest (ESC) : riflessjonijiet pedagoġiċi miksuba minn kuntest sekondarju lokali (Bachelor's dissertation).
Abstract: Il-ħila tas-smigħ għandha sehem importanti fl-iżvilupp ta’ kull lingwa. Wara li nevalwa xi definizzjonijiet u forom differenti li l-ħila tista’ tieħu, se nkun qed nistħarreġ l-attitudnijiet u l-fehmiet tal-għalliema li jgħallmu l-Malti bħala l-ewwel lingwa, dwar il-lezzjonijiet tas-smigħ u r-riżorsi li jistgħu jiġu użati biex dawn jitwettqu. Bl-użu t’erba’ intervisti semi-strutturati, xtaqt nara x’inhi l-fehma tal-għalliema tal-Malti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħila tas-smigħ. Mill-informazzjoni miġbura ħarġu għadd ta’ aspetti, fosthom: ilfrekwenza tal-lezzjonijiet tas-smigħ tal-Malti bħala l-ewwel lingwa; it-tħejjija li ssir għal-lezzjonijiet tas-smigħ; kif jintuża s-smigħ fit-tagħlim; x’riżorsi jintużaw sabiex jitwettqu dawn il-lezzjonijiet; l-użu ta’ riżorsi relatati mal- ESC fil-klassi tal-Malti u l-attitudnijiet tal-għalliema dwar il-possibiltà li jintużaw riżorsi relatati mal-ESC sabiex jitwettqu l-lezzjonijiet tas-smigħ. B’mod ġenerali, l-għalliema f’dan l-istudju jqisu l-importanza tas-smigħ bħala ħila iżda huma limitati bil-ħin u bis-sillabu. Mill-intervisti mwettqa, deher ċar li l-għalliema kienu xettiċi dwar l-użu tar-riżorsi relatati mal-ESC sabiex tiġi mgħallma l-ħila tas-smigħ. B’hekk b’dan l-istudju nixtieq nifhem u nanalizza l-effettività li jista’ jkollhom dawn ir-riżorsi kif ukoll noffri xi suġġerimenti ta’ attivitajiet.
Description: B.ED.(HONS)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/35415
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BED029.pdf
  Restricted Access
2.72 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.