Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37573
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2018-12-19T08:14:14Z-
dc.date.available2018-12-19T08:14:14Z-
dc.date.issued2018-
dc.identifier.citationBugeja, S. (2018). L-ghodda u l-attività tal-biedja : il-varjazzjoni terminologika (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37573-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractGħalkemm saru ħafna studji li jirrigwardaw l-agrikoltura f’pajjiżna, iddeċidejt li nwettaq l-istudju tiegħi f’dan l-isfond iżda b’mod kemxejn differenti. Ħafna mill-interess tal-istudjużi ta’ qabli li għamlu teżijiet simili għal din kien ibbażat fuq l-għodod li jużaw il-bdiewa ta’ pajjiżna u fid-differenzi ta’ kif dawn jirreferu għalihom. Għalkemm dawn huma studji simili ħafna, fir-riċerka tiegħi għażilt li niffoka l-iżjed fuq il-proċessi u l-attivitajiet li jwettaq il-bidwi waqt li jkun qiegħed fl-għalqa. Ħassejt li meta persuna tkun qiegħda tirrakkonta u tfiehem fit-tul, hawn kapaċi joħorġu iżjed termini differenti li dawn il-bdiewa jużaw fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom. Bid-differenza ta’ meta wieħed jgħid kelma waħda biex jiddeskrivi stampa partikolari u meta wieħed jifforma sentenzi sħaħ u jipprova jispjega lil dak li jkun qiegħed jisimgħu, hemmhekk toħroġ iżjed l-imħabba lejn dan il-mistier u l-bidwi b’hekk joħroġ dak li għandu jgħid iżjed bil-qalb. Ħafna teżijiet soċjolingwistiċi jsiru billi l-istudjuż juri stampa tal-oġġett li jkun irid jissemma’ u l-parteċipant iwieġeb bir-risposta ta’ x’qiegħed jara f’dik l-istampa partikolari. Jien għażilt li nagħmel din it-taqsima tal-istudju b’mod differenti fejn minflok urejt stampi statiċi, iddeċidejt li nuri lill-parteċipanti għadd ta’ filmati qosra fejn jaraw bdiewa bħalhom iwettqu l-attivitajiet tal-biedja. Meta wrejt il-filmati staqsejt lill-informant mistoqsijiet bażiċi bħal ‘X’qiegħed jiġri hawn?’ jew ‘Dak il-bidwi x’għandu f’idu?’ biex b’hekk ma ninfluwenzahx b’termini li nuża jien fil-mistoqsijiet tiegħi u ma jirrepetix warajja. Permezz tal-filmati, wieħed ikollu ċans li jaqbad sew x’inhu jiġri f’dak li qiegħed jintwera u jispjega iżjed fid-dettall dak li jkun qiegħed isegwi u ħafna drabi jagħti informazzjoni x’jista’ jiġri qabel kif ukoll wara. B’hekk permezz tal-filmati, wieħed mhux biss iwieġeb x’għodda qiegħed juża l-bidwi iżda wkoll il-proċess li qiegħed isir fil-filmat b’użu ta’ verbi u termini li jużaw il-bdiewa parteċipanti. Permezz ta’ dan il-metodu hemm ċans li niġbor terminoloġija li nistenna li qatt ma ġiet irrekordjata fl-istudji simili li saru qabel tiegħi.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Variation -- Maltaen_GB
dc.subjectSociolinguistics -- Maltaen_GB
dc.subjectAgriculture -- Terminologyen_GB
dc.titleL-ghodda u l-attività tal-biedja : il-varjazzjoni terminologikaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorBugeja, Shanalise-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL004.pdf
  Restricted Access
1.61 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.