Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37845
Title: Il-varjanti fonetici-ortografici b’influwenza mill-Ingliz : studju socjolingwistiku
Authors: Saliba, Alexia
Keywords: Maltese language -- Variation -- Malta
Maltese language -- Foreign elements -- English
Sociolinguistics -- Malta
English language -- Influence on Maltese
Maltese language -- Orthography and spelling
Maltese language -- Phonetics
Issue Date: 2018
Citation: Saliba, A. (2018). Il-varjanti fonetici-ortografici b’influwenza mill-Ingliz : studju socjolingwistiku (Bachelor's dissertation).
Abstract: L-ipoteżi tiegħi hija li l-kelma b’influwenza mill-Ingliż hija l-anqas waħda użata imma fl-istess ħin xtaqt nara kemm hija qawwija din l-influwenza f’kuntesti differenti bħat-taħdit u l-kitba. Dawn il-varjanti mill-Ingliż ma ġewx ivvintati iżda huma kliem li l-Maltin qed jużaw fil-kitbiet tagħhom u fit-taħdit tagħhom. Kemm-il darba ħadt nota dwar xi varjant li jingħad fit-taħdit ta’ kuljum, waqt xi preżentazzjoni li kienet isir fl-Università minn xi lettur, waqt programm fuq it-televiżjoni, kif ukoll kliem li użaw l-istudenti fl-eżamijiet fil-livell Ordinarju, Intermedju u anke Avvanzat. Dawn il-varjanti nġabru mir-rapporti tal-MATSEC. Iżda qabelxejn, xtaqt nikkonferma jiena stess jekk dawn il-varjanti jeżistux, billi fittixt kemm fid-dizzjunarju tal-Professur J. Aquilina kif ukoll fl-MLRS – Il-Korpus tal-Malti. Meta kont qed niġbor il-varjanti fonetiċi-ortografiċi, f’wieħed mir-rapporti tal-MATSEC, fl-Eżami tal-Livell Avvanzat ta’ Mejju 2015, sibt il-kelma ‘diżbilanċja’ minflok ‘żbilanċja’. Iżda dan il-varjant ma għażiltux fl-istudju tiegħi minħabba l-fatt li din il-kelma ma sibthiex la fid-dizzjunarju ta’ Aquilina u lanqas fl-MLRS. Permezz tal-Korpus ikkonfermajt ukoll li l-uniku varjant li jintuża huwa ‘żbilanċja’ u għalhekk il-kelma ‘diżbilanċja’ ma inkludejthiex f’dan l-istudju. Il-varjanti kollha li għażilt għal dan ix-xogħol jintużaw kollha fil-Malti standard u ma jistgħux jitqiesu li huma djalettali. F’dan l-istħarriġ ma inkludejtx biss kif il-parteċipanti jagħmlu l-għażla tal-varjant bil-kitba, iżda xtaqt ninkludi wkoll l-element mitħaddet. Dan għamiltu sabiex inkun nista’ nistħarreġ jekk il-parteċipanti jibdlux il-varjant minn attività miktuba għal oħra verbali. Għalhekk fassalt kampjun ta’ grupp ta varjanti sabiex inkompli nistudja aktar fid-dettall dwar dan is-suġġett.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37845
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL021.pdf
  Restricted Access
4.82 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.