Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37895
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2019-01-02T13:52:32Z-
dc.date.available2019-01-02T13:52:32Z-
dc.date.issued2018-
dc.identifier.citationGalea, N. (2018). Il-gbir u l-analizi tal-ismijiet personali tradizzjonali Maltin (Bachelor's dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37895-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDan ix-xogħol hu maqsum f’żewġ partijiet ewlenin. Parti ewlenija se tkun il-ġabra tal-ismijiet u l-parti l-oħra se tkun l-analiżi tagħhom. Fl-ewwel kapitlu se nikkummenta dwar it-tendenzi lokali u tradizzjonali tat-tismija. F’dan il-kapitlu ħa nitkellem dwar x’kienet it-tendenza meta kienu jiġu biex isemmu lil uliedhom qabel. Fit-tieni kapitlu se niddiskuti l-bidliet li seħħu maż-żmien, għaliex – kif wieħed jista’ jistenna – ninnutaw li t-tendenzi jibdew jinbidlu meta minn raħal magħluq spiċċajna miftuħin, b’ħafna influwenzi kulturali minn pajjiżi u sorsi differenti. Fit-tielet kapitlu se nitkellem dwar it-tendenzi moderni tal-ismijiet personali f’Malta. Se nistħarreġ il-mezzi ta’ komunikazzjoni li affettwaw lil Malta matul iż-żmien minħabba bosta kulturi barranin. Dawn l-influwenzi żviluppaw minn mewġiet differenti bħalma kienu l-films u sensiliet televiżivi, speċjalment dawk Amerikani. B’hekk se nara kif l-iskemi tagħna saru jinbidlu malajr għax is-soċjetà Maltija saret mobbli. Fir-raba’ kapitlu l-qarrej jista’ jsib il-ġabra ta’ ismijiet tradizzjonali Maltin li ġbart minn arkivji qodma tan-nutara, mil-lista ġmielha li ta Ġużè Aquilina f’tarf id-dizzjunarju Malti-Ingliż tiegħu, u minn xi kotba oħra. Barra minn hekk f’dan il-kapitlu se niġbor ukoll ġabra ta’ ismijiet moderni biex nuri kif l-ismijiet personali Maltin inbiddlu maż-żmien. Fil-ħames kapitlu se niddiskuti l-karatteristiċi lingwistiċi tal-ismijiet tradizzjonali. Dawn il-karatteristiċi jinkludu s-sistemi ta’ tqassir, ripetizzjoni ta’ ħsejjes, id-diminuttiv u s-suffissi komuni li nsibu fl-ismijiet Maltin. Fl-aħħar kapitlu se nitkellem fuq l-ismijiet proprji leġġendarji li kienu jużaw fil-leġġendi antiki. Magħhom se ninkludi wkoll l-użu tal-ismijiet fl-idjomi Maltin. Permezz ta’ din it-teżi nixtieq nixhed il-preżenza qawwija tal-ismijiet personali fil-lingwa ta’ kuljum filwaqt li nanalizza kif l-ismijiet personali Maltin żviluppaw matul is-snin sakemm saru l-ismijiet li nafu llum.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectNames, Personal -- Maltaen_GB
dc.subjectNames, Malteseen_GB
dc.subjectMaltese language -- Idiomsen_GB
dc.subjectFolklore -- Maltaen_GB
dc.titleIl-gbir u l-analizi tal-ismijiet personali tradizzjonali Maltinen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorGalea, Nicole-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2018
Dissertations - FacArtMal - 2018

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
18BAMAL013.pdf
  Restricted Access
1.49 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.