Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37900
Title: | ‘Trojan’ u r-rumanz Malti |
Authors: | Portelli, Clayton |
Keywords: | Vella Gera, Alex, 1973-. Trojan -- Criticism and interpretation Time in literature Experimental fiction, Maltese |
Issue Date: | 2018 |
Citation: | Portelli, C. (2018). ‘Trojan’ u r-rumanz Malti (Bachelor's dissertation). |
Abstract: | Trojan inkiteb fost raġunijiet oħrajn biex jagħti tweġiba lill-kritiċi ta’ Alex Vella Gera, b’mod partikolari l-kritiċi ħarxa li rmew kitbietu fi żmien il-kwistjoni tan-novella “Li Tkisser Sewwi” li qajmet kontroversja fl-2009 minħabba l-lingwaġġ sesswali u espliċitu li għandha. Il-kwistjoni kibret meta Vella Gera u l-editur tal-gazzetta studenteska “Ir-Realtà” Mark Camilleri tressqu l-Qorti fuq akkużi ta’ ksur tal-liġi dwar l-oxxenità. Il-fatt li kien hemm il-possibilità li huma jeħlu sentenza ta’ ħabs huwa xokkanti, u għalkemm il-kawża rebħuha, Vella Gera xorta ħass li r-rumanz ġdid tiegħu kellu jkun il-mod kif jiddefendi lilu nnifsu b’mod sottili u fl-istess ħin juri lill-kritiċi tiegħu li l-kitba tiegħu għandha valur letterarju u huwa midħla tat-tradizzjoni letterarja Maltija. Peress li l-kwistjoni hi kruċjali għall-interpretazzjoni ta’ Trojan, iddeċidejt li nikteb kapitlu sħiħ dwar kif din żviluppat, xi ntqal dwarha u kif eventwalment wasslet għal riformi fil-liġijiet Maltin u għal ftuħ ta’ aktar bibien għall-espressjoni tal-artisti. Il-kontroversja, li damet aktar żmien milli mistenni sakemm intemmet l-inkjesta maġisterjali (2009-2012), hija interessanti ħafna. Għalhekk, parti mit-teżina tiegħi tikkonċerna d-diskussjonijiet dwar x’inhi l-arti u x’inhuma l-limiti tal-artisti fid-dinja tal-lum. Ħassejt li ħafna mill-kritika li qala Alex Vella Gera ma kinitx mistħoqqa, għaliex ħafna minn dawk li malajr insinwaw li l-kitba tiegħu lanqas biss għandha titqies bħala letteratura wrew li ma għandhomx għarfien wiesa’ biżżejjed tal-kapaċitajiet letterarji tal-awtur. F’kapitlu ieħor nanalizza l-mod kif Trojan jinbena fuq l-anakronija, għaliex il-ġrajjiet ma jiġux irrakkontati skont l-ordni kronoloġiku tal-istorja. Fit-taqsima “Anakronija mingħajr anarkija” nesplora l-użu tan-narrazzjoni anakronika f’xogħlijiet oħrajn, il-maġġoranza tagħhom barranin, qabel ma ndur lejn kif tintuża din it-teknika fir-rumanz ta’ Vella Gera. L-għan tiegħi f’din it-taqsima hu li nagħraf kif l-awtur jesperimenta bin-nisġa u r-rakkont ta’ Trojan b’mod li ma tantx jidher fil-letteratura Maltija, u jagħmel dan mingħajr ma jiddiżorjenta għalkollox lill-qarrejja jew jikkomprometti l-kwalità tax-xogħol. |
Description: | B.A.(HONS)MALTESE |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37900 |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2018 Dissertations - FacArtMal - 2018 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
18BAMAL018.pdf Restricted Access | 1.15 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.