Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/3930
Title: Is-sehem ta' 'Il-Ħabib' lill-poeżija Maltija fis-snin 1912-1913
Authors: Cassar, Marita (2011)
Keywords: Ħabib (Newspaper)
Maltese poetry -- 20th century
Maltese literature -- 20th century
Issue Date: 2011
Abstract: Il-ħabib kien wieħed min-numru mdaqqas ta' gazzetti li kienu joħorġu f'Malta fl-ewwel nofs tas-seklu 20. Dan deher l-ewwel darba fi Frar 1912 u jaf il-bidu tiegħu lil Ġużè Muscat Azzopardi. L-għan tiegħu kien li: ikun miktub b'Malti tajjeb, isaħħaħ il-fidi Nisranija, iwassal liċ-ċittadini Maltin dak li kien qiegħed jiġri f'Malta u madwar id-dinja, u fl-istess ħin joffri sens ta' divertiment b'sens ta' tagħlim. Din it-teżi tittratta l-poeżiji li ġew ippubblikati fl-ewwel sentejn tal-gazzetta, jiġifieri mill-1912 sal-1913. Kien żmien fejn il-gazzetti kienu jagħtu opportunità lil dak li jkun biex jippubblika xi poeżija minn tiegħu. Dan kien ta' għajnuna għall-poeti mhux daqstant magħrufa li kienu jiktbu xi poeżija u kienet tiġihom ix-xewqa li jippubblikawha. L-ewwel sentejn ta' Il-Ħabib kienu jinkludu ammont sostanzjali ta' poeżiji, kemm ta' poeti minuri kif ukoll ta' oħrajn magħrufa. Fl-ewwel żewġ kapitli ta' din it-teżi se jiġu stabbiliti ż-żewġ poeti prominenti, Dun Karm u Ġużè Muscat Azzopardi, li ikkontribwew għall-maġġoranza ta' din l-antoloġija żgħira ta' poeżiji. Mill-banda l-oħra, kienu bosta dawk il-poeti minuri li ftit li xejn nafu dwarhom iżda li wkoll ippubblikaw xogħlijiethom f'din il-gazzetta. Il-poeżiji tagħhom jaqgħu fi ħdan tliet temi partikolari: l-aspetti ewlenin tal-fidi, il-lehma Marjana u t-tiġrib, li ser jiġu analizzati fl-aħħar tliet kapitli. Ix-xogħlijiet mistħarrġa huma dokument tal-isforz li l-awturi għamlu biex il-Malti ma jintużax biss bħala lingwa mitkellma imma wkoll bħala lingwa li kapaċi tesprimi ħsibijiet għolja. Meqjusin fil-kuntest storiku u kulturali tagħhom, dawn il-poeti jistgħu jitqiesu lkoll, 'il fuq mis-siwi l-evoluzzjoni kulturali kellhom jimxu id f'id biex jirnexxu t-tnejn.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/3930
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL011.pdf
  Restricted Access
2.44 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.