Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4170
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-07-20T08:08:01Z
dc.date.available2015-07-20T08:08:01Z
dc.date.issued2011
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4170
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIl-parti l-kbira tal-grammatiki jenfasizzaw l-ortografija. Fil-lezzjonijiet tal-Malti, ħafna mit-taħriġ hu għalkollox ortografiku. Għaldaqstant ser nittratta l-Malti mitkellem li mhuwiex jingħata l-importanza mistħoqqa u nagħti ħarsa lejn il-perċezzjonijiet marbuta ma’ pronunzji differenti msejħa varjetajiet lingwistiċi. Il-qofol tar-riċerka tiegħi hu bbażat fuq pronunzja partikulari, il-pronunzja tas-suffissi pronominali fit-tielet persuna singular femminil -aha, fit-tielet persuna singular maskil b’oġġett dirett u indirett -ahulu u fittielet persuna plural -ahom, fi kliem bħal sparaha, tiddisturbahom u jimmarkahulu. Dan il-kliem, għalkemm skont ir-regola stabbilità hu ppronunzjat b’realizzazzjoni vokalika, ngħidu aħna: [tɪd:ɪstʊr'bɔ:m] tiddisturbahom u [jim:ɐrkɐ'u:lʊ] jimmarkahulu, nisimgħu kelliema, speċjalment ta’ età żgħira, li jlissnuh b’ħ doppja, ngħidu aħna: [tɪd:ɪstʊr'bɐħ:ɔm] u [jɪm:ɐrkɐ'ħ:ulʊ]. Din is-sitwazzjoni qanqlitli interess u kurżità, għalhekk iddeċidejt li nagħmel analiżi soċjolingwistika ta’ dan il-fenomenu aktarx riċenti u tant diskuss, biex noħroġ għad-dawl ir-relazzjonijiet possibbli li hemm bejn il-pronunzji ['ɐħ:ɐ], [ɐ:] u l-varjabbli soċjali, ngħidu aħna s-sess, l-età, il-lokalità, l-edukazzjoni u l-istandard/id-djalett. Il-punt tat-tluq ta’ din it-teżi jikkonsisti fi preskrizzjonijiet meħuda minn kotba li jittrattaw il-perċezzjonijiet dwar varjetajiet lingwistiċi inġenerali, ngħidu aħna pronunzji differenti mill-istandard u d-djaletti, kif ukoll ir-raġunijiet soċjali marbuta magħhom. Fit- tieni kapitlu nuri l-preskrizzjonijiet li jagħtu l-grammatiki Maltin u nikkonferma n-nuqqas ta’ importanza li tingħata lill-pronunzja. Fit-tielet kapitlu nagħti ħarsa storika ħafifa tal-bdil fil-ħoss tas-suffissi –aha, - ahom u -ahulu. Mis-sekli 16-19, insibu evidenza, li l-h kienet imlissna [ħ] għalhekk dawn is-suffissi kienu jkunu rrealizzati ['ɐħ:ɐ], ['ɐħ:ɔm] u [ɐˈħ:ʊlʊ] ngħidu aħna, missierħa, razzitħa (Vella 2006: 189), u taħsadħom (Vella 2006: 223). Fir-raba’ u fil-ħames kapitlu, nispjega l-metodoloġija tal-istħarriġ u r-riżultati tarriċerka kwantitattiva tal-pronunzja fis-sitwazzjoni preżenti. Fl-ewwel parti niddiskuti listudju pilota b’kampjun ta’ 33 parteċipant biex niddetermina l-problemi li jistgħu jinqalgħu fi stadju bikri. Fis-sitt kapitlu nippreżenta l-istudju attwali b’kampjun ta’ 120 parteċipant, bi ftit tal-modifikazzjonijiet fl-istruttura, iżda niffoka fuq żewġ varjabbli li huma l-età (b’indikazzjoni mill-istudju pilota) u l-istandard/djalett. Xorta ħriġt xi spunti mill-bqija talistatistika li tinvolvi l-varjabbli sekondarji. Inkludejt il-verbi ibigħu u jiġmagħhom, biex forsi naqta’ ftit tal-kurżità li għandna dwarhom, iżda l-qafas ta’ din it-teżina hu l-istħarriġ tat-tliet suffissi magħqudin fit-tabelli f’forma A, B, u C; għaldaqstant, il-punt fokali kien fuqhom. Fiż-żewġ studji, użajt metodu orali b’silta dwar il-kaċċa u l-insib f’Malta (ara appendiċi 1), bil-varjetajiet lingwistiċi infilsati fiha u b’mistoqsijiet marbuta mas-suġġett, biex il-parteċipanti ma jkollhomx ħjiel tal-varjanti li qed nanalizza, b’hekk, kemm jista’ jkun, jitkellmu b’Malti li jużaw ta’ kuljum. Għal faċilità u l-prattiċità tal-qarrej, apparti ttabelli bil-persentaġġi (dawk tal-istudju pilota jinsabu f’appendiċi 3 u dawk tal-attwali f’appendiċi 4), qed nippreżenta wkoll figuri, li juru l-ikbar u l-inqas kuntrasti filpronunzja, f’relazzjoni mal-varjabbli soċjolingwistika partikulari. F’kapitlu sebgħa nagħti għadd ta’ raġunijiet possibbli, ta’ natura differenti, dwar dan il-fenomenu lingwistiku u r-riżultati attwali. Minkejja li fil-bidu nagħti ħarsa dijakronika qasira, din it-teżi tittratta s-sitwazzjoni attwali tar-realizzazzjonijiet bl-ħ mtennija [ħ:] u, għaldaqstant, nagħlaq b’ħarsa sinkronika billi nispjega l-bidla li qed iġarrab il-Malti, il-pożizzjoni li qiegħed fiha, id-direzzjoni li jista’ jieħu u, fl-aħħar u mhux l-inqas, ma jonqsux ftit tas-suġġerimenti għat-tisħiħ ta’ ilsienna.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Grammar, Generativeen_GB
dc.subjectSociolinguistics -- Maltaen_GB
dc.subjectMaltese language -- Phoneticsen_GB
dc.subjectLinguistics -- Maltaen_GB
dc.titleIl-pronunzja tas-suffiss pronominali : studju soċjolingwistiku tal-varjanti : [ɐ:] ˜ ['ɐħ:ɐ]; [ɔ:m] ˜ ['ɐħ:ɔm]; [ɐ'ʊlʊ] ˜ [ɐ'ħ:ʊlʊ]en_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSammut, Christina
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL026.pdf
  Restricted Access
5.3 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.