Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4174
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-07-20T08:40:34Z
dc.date.available2015-07-20T08:40:34Z
dc.date.issued2011
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4174
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-għan ewlieni tiegħi fit-tiswir ta’ din it-teżi dwar dan il-personaġġ li ftit hu magħruf, huwa li nixħet dawl fuq il-kontribut siewi u ta’ valur li hu ta lil-letteratura Maltija. Pawlu Bellanti u sħabu għamlu li setgħu biex joffru lillpoplu Malti kitba bi lsien twelidhom, fuq bosta suġġetti differenti, li jolqtu linteressi ta’ kulħadd u, fuq kollox, li kienu approvati mill-Knisja. Bellanti ta sehmu f’numru ta’ rivisti u gazzetti li kienu joħorġu fi tmiem is-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin. Din it-teżi tinkludi fiha numru ta’ xogħlijiet ta’ Bellanti, bi kritika letterarja li prinċipalment tanalizza l-ħsibijiet u l-għanijiet tiegħu, kif ukoll it-temi ewlenin u l-aspett lingwistiku li jsawru lil xogħlu. B’hekk il-qarrej ikollu idea ċara ta’ fiex kienet tikkonsisti l-kitba tiegħu. Ipprovajt ninkludi ġeneri differenti mill-kitbiet tiegħu bħal: artikli, rumanzetti u poeżiji, fost oħrajn. Barra minn hekk kelli l-ħsieb ukoll nuri kif Bellanti kien jibbrilla f’numru ta’ rwoli differenti li kellu fis-soċjetà Maltija. Fl-ewwel taqsima, nagħti ħarsa ġenerali lejn min kienu Pawlu Bellanti u l-familjari tiegħu. Numru minnhom kienu taw kontribut f’oqsma differenti tax-xena Maltija. Inkwantu għal Bellanti, diversi xejriet jispikkaw fil-ħajja tiegħu, fosthom: il-karriera brillanti li kellu fis-settur pubbliku, l-importanza tar-reliġjon f’ħajtu u l-qasam tal-arkeoloġija, li tant kien għal qalbu. Fit-tieni taqsima, nikteb dwar l-interess li kellu Bellanti fil-lingwa Maltija, kif ukoll dwar l-alfabetti differenti li uża fil-kitbiet tiegħu matul is-snin. Fit-tielet taqsima, niffoka dwar numru ta’ artikli li dehru fil-gazzetta IsSebħ u ż-żewġ artikli li kiteb fil-gazzetta Il-Ħabib. Nagħti ħarsa ġenerali lejn dawn l-artikli, nanalizza l-ħsibijiet u l-għanijiet prinċipali li ried iwassal lillqarrejja tiegħu, kif ukoll ċerti elementi lingwistiċi li jidhru ta’ spiss fil-kitbiet tiegħu. Fir-raba’ taqsima, ninkludi r-rumanzetti ta’ Bellanti li dehru fil-kotba tal-Mogħdija taż-Żmien u l-istejjer li ppubblika fil-ktieb maħruġ mix-Xirka Xemija, Qari all Maltin. Fl-aħħar taqsima, niġbor il-poeżiji manuskritti li rnexxieli nsib fir-“Re. Tombs and Poems” li jinsab fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, kif ukoll iż- żewġ poeżiji mill-gazzetta Is-Sebħ u xarada li dehret f’L-Unjoni Maltija – Gazzetta tal-Poplu. Fl-għeluq ta’ dan il-kapitlu nagħti xi tagħrif dwar iż-żewġ traduzzjonijiet ta’ Pawlu Bellanti. Nittama li permezz ta’ din it-teżina, li tiġbor fiha l-kitbiet ewlenin tal-kittieb, isiru magħrufa aktar ix-xogħlijiet tiegħu u li hu jingħata l-ġieħ li ħaqqu, ta’ kemm ħadem bi sħiħ għal-lingwa Maltija u pprova jxerred tagħlimiet b’għanijiet didattiċi u moralistiċi biex itejjeb il-qagħda soċjali u kulturali tal-qarrejja tiegħu.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese prose literature -- 19th centuryen_GB
dc.subjectMaltese poetry -- 19th centuryen_GB
dc.subjectBellanti, Paolo Francesco, 1852-1927en_GB
dc.titlePawlu Bellanti u l-ħidma letterarja tiegħuen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSchembri, Leanne
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL027.pdf
  Restricted Access
5.41 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.