Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4261
Full metadata record
DC Field | Value | Language |
---|---|---|
dc.date.accessioned | 2015-07-23T09:39:10Z | |
dc.date.available | 2015-07-23T09:39:10Z | |
dc.date.issued | 2011 | |
dc.identifier.uri | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4261 | |
dc.description | B.A.(HONS)MALTESE | en_GB |
dc.description.abstract | L-għan biex isir aġġornament tad-dizzjunarju storiku tal-Malti jara l-bidu tiegħu erba’ snin ilu meta Reno Fenech ħadem fuq it-teżi “Damma ta’ kliem Malti mxerred f’dokumenti qodma” (2007). Il-ħidma tiegħu kienet iffukata fuq kliem li jinsabu fid-dokumenti l-qodma. Fuq il-passi li ħalla warajh Fenech, ħadmu Maria Muscat u Tiziana Bugeja, li ordnaw alfabetikament l-ismijiet tal-postijiet Maltin miktubin fl-atti nutarili u miġburin minn Godfrey Wettinger (2009). Il-kontribut kompla bit-teżi ta’ Charlene Debattista “Dizzjunarju storiku tal-Malti bbażat fuq il-manuskritt Regole per la Lingua Maltese, Malti-Taljan” (RLM), li ġabret il-kliem kollu li jinsab fil-manuskritt imsemmi. Meta t-tema tat-teżi tiegħi kienet għadha mhux ċara u Olvin Vella spjegali dwar il-proġett li tiġi aġġornata t-taqsima storika tad-dizzjunarju t’Aquilina (Aquilina 1987-1990), għaraft mill-ewwel x’kontribut inkun qed nagħti lil-lingwa Maltija u s-sehem importanti tat-teżi tiegħi li tkompli t-triq fejn ħallew l-istudenti ta’ qabli. Li jkolli f’idejja dizzjunarju tas-sena 1700 ġegħlitni napprezza iktar l-istorja tal-lingwistika tal-Malti u nifhem iktar il-ħajja ta’ missirijietna. Dan kollu tagħni l- ħeġġa biex nidħol għal din l-isfida li kont ċerta li qatt ma kont se niddejjaq naħdem fuq it-tema. Fit-teżi ħdimt fuq il-manuskritt Mezzo Vocabolario (Mezzo Voc). Naturalment kelli nagħmel riċerka fuqu għaliex qatt ma kont għadni smajt b’dan it-test, riċerka li swietli ħafna minħabba li ninteressa ferm ruħi fil-lingwa u fl-istorja tagħha. | en_GB |
dc.language.iso | mt | en_GB |
dc.rights | info:eu-repo/semantics/restrictedAccess | en_GB |
dc.subject | Maltese language -- Dictionaries -- Italian | en_GB |
dc.subject | Maltese language -- Glossaries, vocabularies, etc. | en_GB |
dc.subject | Maltese language -- History | en_GB |
dc.title | Dizzjunarju storiku msejjes fuq il-'Mezzo vocabolario, maltese - italiano del '700' | en_GB |
dc.type | bachelorThesis | en_GB |
dc.rights.holder | The copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder. | en_GB |
dc.publisher.institution | University of Malta | en_GB |
dc.publisher.department | Faculty of Arts. Department of Maltese | en_GB |
dc.description.reviewed | N/A | en_GB |
dc.contributor.creator | Pollacco, Norberta | |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2011 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
11BAMAL022.pdf Restricted Access | 3.07 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.