Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/42867
Title: Motivi neolitici fil-poezija moderna ta’ Marlene Saliba
Authors: Spiteri, Kimberly
Keywords: Maltese poetry -- 20th century -- Criticism and interpretation
Poetry, Modern -- 20th century
Archaeology in literature
Neolithic period -- Malta
Saliba, Marlene, 1949- -- Criticism and interpretation
Issue Date: 2017
Citation: Spiteri, K. (2017). Motivi neolitici fil-poeżija moderna ta’ Marlene Saliba (Bachelor's dissertation).
Abstract: Poplu jeħtieġ l-għeruq. Dawn it-tempji huma għeruq tagħna. Jitimgħu lġuħ spiritwali tagħna ta’ poplu bl-ambrosja prezzjuża tagħhom. Huma jindikawlna u jnaqqxulna fil-ġrajja u fil-memorja kollettiva tagħna lpellegrinaġġ spiritwali lejn l-art imwiegħda ... Mhux ta’ b’xejn issibhom fuq l-għoljiet fejn il-majjistral, jew il-grigal, jonfoħ. Issibhom fejn ir-riħ ma jonqos qatt li jqajjem irwiefen fil-ġewwieni profond ta’ fik, irwiefen imnebbħa u mlewna minn ilħna u eki u lwien maħnuqa f’qalbek u ruħek. (Ellul Vincenti 54) Il-poeżija, fl-aktar espressjoni riċenti tagħha, tibqa’ tevoka l-għeruq primittivi tagħha. Bihom tfittex id-diwi tal-eqdem reżonanzi u ssib ġustifikazzjonijiet metaforiċi f’kultura li hija wirt formattiv. Il-konċentrazzjoni ewlenija ta’ din it-teżi hija fuq kif il-motiv neolitiku jagħraf kontinwità ubikwità fl-esperjenza poetika li Marlene Saliba tippreżenta fil-ġabra tagħha. L istħarriġ poetiku ta’ xbihat figurattivi f’relazzjoni ma’ ideat modernisti jikkaratterizza poeżija li tibni pont estetiku bejn il-kontemporanjetà u ż-żmien imbiegħed tat-tempji. F’waqtiet, il metafora ta’ dan il-pont se xxaqleb jew lejn il-poeżija, jew lejn l-arkeoloġija bħala żewġ dixxiplini indipendenti minn xulxin. Waqtiet oħra, se tlaqqagħhom flimkien u tinterpretahom daqslikieku huma żewġ fergħat interdipendenti. Din id-dimensjoni ta’ interdipendenza tissaħħaħ b’tendenzi ta’ riviżitazzjoni tal-passat daqskemm b’dawk ta’ antiċipazzjoni tal futur, b’simboli arketipali, b’funzjonijiet intertestwali inkorporati f’disinji primittivi u b’vuċi kollettiva polifonika. Poeżija modernista fi sħubija mal-arkeoloġija, għalhekk, tiddokumenta proċessi ta’ bidliet soċjali u kulturali, filwaqt li ttella’ l-passat moħbi fil-quċċata ta’ ħsieb modernist. Ftit huma t-testi letterarji Maltin li jittrasmettu xejriet rikki dwar il-kultura neolitika. Raġuni possibbli għal dan tista’ tkun li, minħabba li ma hemmx kitba ddokumentata dwar dan iż-żmien partikolari, tagħrif riċenti u skoperti ġodda dwar il-fażi preistorika fil-gżejjer Maltin se jkunu ħafna aktar limitati meta kkumparati ma’ osservazzjonijiet li jsiru dwar setturi kontemporanji oħra. Jekk inkitbu xi testi dwar żmien il-ħaġar, ma kellhomx il kumbinazzjonijiet li hemm fil-poeżija ta’ Marlene Saliba bħal, ngħidu aħna, l-avviċinament Jungjan ma’ poetessa moderna. Apparti mill-faxxinu li t-tempji dejjem rawmu fija, huwa dan il-vojt li għad irid jimtela li jkompli jservi ta’ inċentiv biex tiġi ttrattata l-ġabra poetika Xbihat tal-Antenati / Ancestral Visions ta’ Saliba. Bħala poeta modernista, Saliba jirnexxilha tirrikonoxxi fiha nnifisha għeruq neolitiċi li, kif tistqarr fil-kelmtejn tagħha dwar din il-ġabra, huma “relevanti ħafna għar-realtà u għall-bżonnijiet preżenti” tal-poplu kontemporanju, anke jekk hu ma għandux rikonoxximent ta’ dan (32). Dan il-ħsieb huwa mmanifestat fil-ġabra sħiħa tagħha li, kważi f’kull waqt, tevoka l-ħtieġa għat-treġġigħ esplorattiv lejn żmien primittiv. Il-poeżiji magħżula għal din ir-riċerka, għalhekk, ittieħdu mill-ġabra Xbihat tal Antenati / Ancestral Visions li serva ta’ sors primarju: ġabra ta’ wetqiet liriċi li jittrattaw l ambjent preistoriku tas-soċjetà primittiva bil-wirt kulturali tagħha u bil-motivi differenti li daqskemm kienu jappellaw għalihom il-bnedmin neolitiċi, qiegħda tappella għalihom Saliba f’soċjetà kontemporanja. Fl-analiżi tal-poeżiji, ġie segwit il-proċess li l-“Modern Language Association” (MLA) tagħti għall-versi u l-format tal-analiżi tagħhom. Intużat is-sistema fejn ir-referenzi poetiċi kollha huma mifhuma bħala referenzi għall-poeżiji fi Xbihat tal-Antenati / Ancestral Visions, u hu għalhekk li n-numerazzjoni wara kull kwotazzjoni poetika (li tirreferi għall-versi tal-poeżiji) ma ngħatatx. F’xi waqtiet, ifornu t-tisħiħ tal-analiżi tal-poeżiji hemm referenzi għall-pitturi u r-ritratti, li Saliba tippreżenta fuq il-paġni opposti ta’ ħafna mill poeżiji.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/42867
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL023.pdf
  Restricted Access
2.62 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.