Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/42876
Title: Minn fejn gew il-pjanti u l-annimali Maltin?
Authors: Thake, Martin
Keywords: Animals -- Malta -- History
Plants -- Malta -- History
Endemic animals -- Malta
Snails -- Malta -- Identification
Għar Dalam (Birżebbuġa, Malta)
Mamo, Giuseppe, 1793-1865
Gulia, Gavino, 1835-1889
Issue Date: 1990
Publisher: SSCN
Citation: Thake, M. (1990). Minn fejn ġew il-pjanti u l-annimali Maltin?. In-Natura, 10, 27-30.
Abstract: Xi wħud forsi jistaqsu kif il-pjanti u l- annimali li nsibu jgħixu madwarna sabu ruħhom fil-gżejjer Maltin. L-istorja tal-Gżejjer Maltin tibda madwar tletin miljun sena ilu meta dawn il-gżejjer kienu għadhom qed jiffurmaw taħt wiċċ il-baħar. ls-saffi tal-blat li jsawru l- gżejjer Maltin iffurmaw f'qiegħ il-baħar mill-fdalijiet ta' annimali u pjanti li kienu jgħixu fil-baħar sħun li kien igħatti ċ-ċentru tal-Mediterran. Madwar sitt miljun sena ilu, dan it-tiswir waqaf meta qiegħ il-baħar għola tant li medda art akbar mill-gżejjer Maltin tfaċċat fil-wiċċ. Din l-art, għalkemm ma kellhiex il-forma li għandhom il-gżejjer Maltin illum, nistgħu xorta waħda nsejħulha Malta. Ftit wara, il-livell tal-baħar niżel biżżejjed biex kixef art bejn il-gżira ta' Malta, Sqallija u l-Afrika.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/42876
Appears in Collections:In-Natura : issue 10 : 1990

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Minn_fejn_gew_il-pjanti_u_l-annimali_Maltin_1990.pdf2.94 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.