Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4709
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-08-20T07:52:16Z
dc.date.available2015-08-20T07:52:16Z
dc.date.issued2011
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4709
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractIl-perjodu ta' bejn is-sena 1850 u l-1930 kien żmien diffiċli kemm fil-qasam soċjali u politiku kif ukoll fil-qasam letterarju. Il-politika Ewropea, u anke dik ta' Malta u Għawdex, kienet għaddejja minn bidliet kbar. Anke l-Knisja Kattolika Rumana f'Ruma kienet għaddejja minn żminijiet diffiċli. Kien f‟dan iż-żmien li twieled Dun Alwiġ Vella, magħruf aħjar bħala “Dun Alwiġ ta' Savina”. F'dawk iż-żminijiet Malta kienet kolonja Ingliża iżda xorta waħda linfluwenza Taljana kienet għadha kbira ħafna. Kont issib ħafna edukaturi li jagħżlu li jagħtu l-lezzjonijiet tagħhom bil-lingwa Taljana, u dan għaliex l-ilsien Malti kien meqjus bħala dak “tal-kċina”, peress li kien għadu mhux stmat. Kien għadu ma wasalx iż-żmien li l-ilsien Malti jkun addotta sistema alfabetika standardizzata. L-Awtorità Ekkleżjastika Maltija kien għad għandha poteri kbar fuq it-tfassil tal-politika. Dan minħabba li kellha influwenza kbira fuq il-poplu. F'din l-analiżi, beħsiebni nuri f‟dettall l-isfond soċjali taż-żminijiet li għex fihom Vella. Ma kienx faċli li f‟dawk iż-żminijiet wieħed jimxi 'l quddiem filkarriera minħabba n-nuqqas kbir ta' mezzi ta' komunikazzjoni kif ukoll ta' affarijiet bażiċi oħra fil-ħajja. Vella kien jippubblika l-folji tiegħu b'ħafna kitba ta' xeħta reliġjuża biex, b'hekk, il-qarrej ikompli jkabbar l-għarfien tiegħu dwar ir-reliġjon u jirċievi wkoll tagħlim ġdid. Element ieħor f'xogħli hu l-analiżi tal-poeżiji reliġjużi li, bihom, Vella ried jgħallem lill-poplu jitlob. Barra minn hekk, se nanalizza taqbila, li qatt ma ġiet ippubblikata qabel, wara li din ġiet traskritta minni mill-manuskritt oriġinali. Vella kien dak il-bniedem li ħadem bis-sħiħ biex jeduka lill-poplu Malti u Għawdxi u jagħtih tagħrif dwar l-istorja ta' pajjiżu. Dan għamlu permezz tar-rumanzi storiċi li kiteb u li fihom wera l-ħila u l-għaqal li dejjem kellu l-poplu. Vella ħalla wkoll ammont kbir ta' manuskritti bil-prietki tiegħu. Apparti li ssir analiżi ta‟ dawn il-prietki, se nippubblika l-lista sħiħa tagħhom.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectPriests -- Malta -- 19th centuryen_GB
dc.subjectPrayer -- Catholic Churchen_GB
dc.subjectVella, Alwig, 1859-1928en_GB
dc.titleDun Alwiġ Vella u x-xogħlijiet tiegħuen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorPortelli, Ruth
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL023.pdf
  Restricted Access
1.31 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.