Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4749
Full metadata record
DC Field | Value | Language |
---|---|---|
dc.date.accessioned | 2015-08-24T09:09:43Z | - |
dc.date.available | 2015-08-24T09:09:43Z | - |
dc.date.issued | 2011 | - |
dc.identifier.uri | https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4749 | - |
dc.description | B.A.(HONS)MALTESE | en_GB |
dc.description.abstract | Studji differenti dwar il-poeżija ta’ Rużar Briffa jiffukaw fuq l-innoċenza, issempliċità u l-hena tat-tfulija (Abdilla 97). Iż-żmien tat-tfulija u ż-żgħorija għal Briffa hu wieħed mimli kuntentizza “żmien ta’ hena sħiħ,” “ta’ azzjoni” u “espressjoni” (Mifsud 24), “jiem mimlija attività” b’ħafna logħob u ġiri fil-kampanja tat-tfal iż-żgħar. It-tfulija hi dik il-fażi meta kollox jidher ward u żahar (F. Cassar 17). Huwa għalhekk li żmien iż- żgħorija hu żmien l-ideal, żmien mimli ħolm u fantasija (Zarb, L-Ewwel Ktieb 32). 1.1.L-Hena tat-Tfulija Briffa jemmen kemm iż-żmien tat-tfulija hu mimli innoċenza u wkoll kemm it-tfal żgħar huma “safja” fi ħsibijiethom u fl-azzjonijiet tagħhom (Abdilla 97). Aquilina juri li fil-poeżija ta’ Briffa hemm element ta’ “sempliċità li tixbah qalb ta’ tifel sensittiv.” Hu jqabbel lil Briffa ma’ poeta li kiber u li issa qed jixjieħ, iżda xorta għadu “żgħir fir-ruħ” (302). Il-personalità ta’ Briffa hi mqabbla mal-karattru ta’ Peter Pan għax bħalu “ma jikber qatt” (M. Cassar 39). Il-poeta Giovanni Pascoli jitkellem dwar it-tifel etern: “Aħna nikbru u hu jibqa’ ċkejken fina…” Dan it-tfajjel hu “l-poeżija divina li għandna lkoll, u huwa dan it-tfajjel li jitkellem bil-fomm tal-poeti” (Friggieri, Kittieba ta’ Żmienna 95). Għalhekk fil-poeżija ta’ Briffa jidher li hemm ċerta sempliċità, kemm fil-forma kif ukoll fil-kontenut (Zarb, L-Ewwel Ktieb 76), iżda fil-fatt mhix sempliċità eżattament (M. Cassar 39). Il-poeżija sempliċi tiegħu ironikament hija l-“wild ta’ sensittività u sensibbiltà komplikata” u din id-dehra ta’ sempliċità hija kawża tal-“vena lirika” li fiha jikteb Briffa Saliba 10 għaliex hi l-qalb li tmexxih (Zarb, L-Ewwel Ktieb 76). Friggieri jsostni li l-poeta xorta baqa’ sempliċi u “umli” għalkemm kien jaf li hu magħruf u maħbub bħala poeta u tabib, dik issempliċità li tidher kif kien iġib ruħu meta l-versi tiegħu kienu jingħoġbu (Il-Ħajja 9). | en_GB |
dc.language.iso | mt | en_GB |
dc.rights | info:eu-repo/semantics/restrictedAccess | en_GB |
dc.subject | Maltese poetry -- 20th century | en_GB |
dc.subject | Maltese literature -- 20th century | en_GB |
dc.subject | Briffa, Rużar, 1906-1963 -- Criticism and interpretation | en_GB |
dc.title | Ir-rappreżentazzjoni tat-tfulija fil-poeżija ta' Rużar Briffa | en_GB |
dc.type | bachelorThesis | en_GB |
dc.rights.holder | The copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder. | en_GB |
dc.publisher.institution | University of Malta | en_GB |
dc.publisher.department | Faculty of Arts. Department of Maltese | en_GB |
dc.description.reviewed | N/A | en_GB |
dc.contributor.creator | Saliba, Lourdes | - |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArtMal - 2011 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
11BAMAL025.pdf Restricted Access | 1.39 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.