Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48316
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2019-11-05T10:37:31Z-
dc.date.available2019-11-05T10:37:31Z-
dc.date.issued2019-
dc.identifier.citationCamilleri, S. (2019). Xejriet rettoriċi f’Fil-parlament ma' jikbrux fjuri (Bachelor’s dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48316-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractF’din it-teżi, l-għan prinċipali tiegħi huwa li nikxef il-mod ta’ kif l-awtur, Oliver Friggieri, ifassal protesta soċjo-politika kontra l-istupru soċjali taż-żgħir u d-dgħajjef minn dak li jikkontrollah, fir-rumanz ta’ Friggieri f’Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri. L-analiżi ta’ mekkaniżmi rettoriċi u letterarji fir-rumanz se tikxef il-ħtieġa tal-awtur li jgħaqqad l-element storiku ma’ dak letterarju bl-għan li jwassal il-messaġġ tiegħu. F’dan ir-rumanz, ġew identifikati tliet elementi prinċipali li jsawru l-protesta tal-awtur permezz ta’ valuri letterali u rettoriċi; l-allużjoni, it-teorija Aristotiljana b’mod speċifiku il-logos, il-pathos u l-ethos, u r-rettorika ta’ Ċiċerun f’diskorsi tiegħu bħal Verrines u L-Ewwel diskors Katilinjan. Biss, biex wieħed verament japprezza l-letterarjetà u l-viżjoni politika ta’ dan ix-xogħol, tinħtieġ evalwazzjoni tat-tifsira estetika u storika tal-idea talletteratura b’mod ġenerali fil-konfront tar-rumanz. Stħarriġt il-ktieb ta’ Friggieri, L-Idea tal-Letteratura biex noħroġ il-ħsibijiet ġewwiena tal-istess awtur tar-rumanz analizzat bi skop li nqabbilhom mal-għan soċjo-politiku li kellu f’moħħu l-awtur. F’L-idea tal-Letteratura, tingħata daħla għat-tifsira tal-letteratura bħala idea li tħaddan il-valur storiku u estetiku. Friggieri jenfasizza l-ħtieġa li nifhmu l-letteratura “skont il-meta u l-fejn tagħha” jiġifieri kritika letterarja teħtieġ attenzjoni lejn il-ħarsa storika. It-tifsira storika mhix sempliċiment l-istorja tal-bniedem fil-passat jew “l-imgħoddi li nafu jew ma nafux bih iżda l-elementi kollha preżenti tallum li jgħaqqduna fuq livell komuni ” (O. Friggieri, L-Idea tal-Letteratura 2). Din listqarrija tenfasizza l-ħtieġa ta’ ħsieb jew għaqda universali, ħsieb suġġettiv b’bażi storika żviluppat f’wieħed universali li jħejji triq għal koalizzjoni jew unjoni fuq livell letterali bejn l-istorja u l-estetika tal-letteratura. Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri, it-tifsira storika hi mnebbħa mill-ksur ta’ privileġġ ta’ Godfrey Grima. Friggieri stess jistqarr fil-ktieb tiegħu, Fjuri li Ma Jinxfux li r-rumanz huwa ddedikat għal Godfrey Grima “b’ammirazzjoni għall-mod kif kien ġab ruħu meta kien mixli bi ksur ta’ privileġġ quddiem il-Parlament f’Novembru tal-1972” (652). Grima kien ukoll “mixli li xerred aħbarijiet foloz li setgħu jallarmaw lill-pubbliku” (652). Dawn l-okkorrenzi jagħtu xhieda tat-taqlib politiku taż-żmien. B’konsegwenza ta’ dan, Friggieri jissodisfa l-ħtieġa tat-tifsira storika. Għalkemm lil Godfrey Grima ma jsemmihx b’mod speċifiku, il-preżenza siekta ta’ dan il-persunaġġ hija figura dominanti tul ir-rumanz kollu. Ilħtieġa għal tifsira storika fil-letteratura hija ssodisfatta mill-verità tal-awtur li twasslu biex ifassal dan ix-xogħol letterarju. Skont Friggieri, dan il-mod ta’ ħsieb huwa “tarġa meħtieġa li tintroduċi tarġa ogħla” (O.Friggieri, L-Idea tal-Letteratura 2). Biex titla’ din it-tarġa ogħla, jeħtieġ li x-xogħol letterarju ma jiħux qagħda kompletament storika għax “inkella l-prodott ikollu biss is-siwi awtomatiku ta’ rapport persunali, ġurnalistiku”, xogħol li jieħu xejra ta’ djarju deskrittiv ta’ realtajiet ’il bogħod mit-tifsira estetika tal-letteratura.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectFriggieri, Oliver, 1947-2020 -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectRhetoric -- Historyen_GB
dc.subjectPersuasion (Psychology) in literatureen_GB
dc.titleXejriet rettoriċi f’Fil-parlament ma' jikbrux fjurien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCamilleri, Stepheon-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL013.pdf
  Restricted Access
1.02 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.