Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48488
Title: L-Idjomi Maltin : analiżi strutturali u ġabra kunċettwali
Authors: Farrugia, Kris
Keywords: Maltese language -- Idioms
Maltese language -- Synonyms and antonyms
Issue Date: 2019
Citation: Farrugia, K. (2019). L-Idjomi Maltin : analiżi strutturali u ġabra kunċettwali (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Għandna għadd ta' xogħlijiet li jiġbru l-idjomi Maltin, u dawn il-ġabriet huma mqassmin b'żewġ modi ewlenin: (i) b'mod alfabetiku skont l-ewwel ittra tal-kelma ċentrali tal-idjoma (bħall-ktieb ta' Karm Fenech u ta' Ġino u Anna Muscat Azzopardi) u (ii) b' mod tematiku, jiġifieri l-kelma ċentrali tal-idjoma titniżżel taħt il-kategorija tematika tagħha (bħall-ktieb ta' Tarcisio Zarb u t-teżi ta' Claire Marie Vella). Fi kliem ieħor, idjoma bħal “qalbu ħadra” titniżżel taħt il-kelma “qalb” bl-ewwel mod u taħt it-tema tal-partijiet tal-ġisem bit-tieni wieħed, imqar jekk is-sens tagħha m'għandux x‟'aqsam mal-anatomija. L-għan tat-teżina tiegħi huwa li toffri mod ta' tqassim ieħor billi niġbor xi idjomi Maltin fi klassifikazzjonijiet kunċettwali. B‟mod partikolari, l-idjomi se nqassamhom skont is-semantika tagħhom f'kunċetti b'relazzjoni sinonimika bejn l-idjomi. F‟dan il-każ, idjoma bħal “qalbu ħadra” nelenkaha taħt il-kunċett kattiv, u magħha nagħti idjomi bl-istess tifsira, bħal “qalbu ħażina”, “wiċċ ta‟ kelb” u “qisu Erodi”. B'hekk, nagħti bħal teżawru tal-idjomi Maltin, li jagħmilha aktar faċli sabiex jintużaw idjomi f‟kuntesti partikolari, għax għall-ewwel darba l-idjomi qegħdin miġburin, mhux skont xi element fil-forma tagħhom, imma skont it-tifsira tagħhom. Din it-teżina mqassma f'erba' kapitli. Fl-ewwel kapitlu se nagħti ħarsa ġenerali lejn l-idjoma kif inhi ttrattata f'numru ta' studji lingwistiċi u nitfa' dawl fuq ix-xogħlijiet li diġà saru f'dan rigward ħalli nuri liema nuqqas se nimla b' dan ix-xogħol. Fit-tieni kapitlu nispjega l-metodoloġija li nuża f‟dan l-istudju billi, fost l-oħrajn, niddiskuti diversi studji fuq is-sinonimija, ir-relazzjoni semantika fil-qofol ta' dan ix-xogħol. It-tielet kapitlu jservi ta' analiżi strutturali ta' kampjun imdaqqas ta' idjomi mill-ġabra ta' Fenech, li minnu se noħroġ xi osservazzjonijiet fis-sekwenzi tal-binja tal-idjomi Maltin. Dan jikkonsisti minn introduzzjoni qasira għall-kapitlu, il-kampjun bis-sekwenzi kollha li niġbor u naturalment l-analiżi ta' dawn il-binjiet. Huwa fir-raba' kapitlu fejn imbagħad naħdem fuq il-ġabra kunċettwali. Bl-istess mod, dan se jikkonsisti minn introduzzjoni sabiex jipprepara u jinforma lill-qarrej bit-tqassim tal-ġabra, il-ġabra mqassma f‟kunċetti u f‟sottokunċetti b'tipi diversi ta' idjomi (vulgari, b'tifsiriet differenti, eċċ.) u analiżi komponentali tal-idjomi li jinsabu fil-ġabra flimkien ma' xi osservazzjonijiet oħra. Essenzjalment, l-iskop ewlieni ta' dan l-istudju huwa li nkopri żewġ oqsma tal-idjomi Maltin li normalment jingħataw il-ġenb, jiġifieri li nipprovdi analiżi strutturali u ġabra kunċettwali ta' għażla ta' idjomi Maltin, abbażi tar-relazzjoni semantika tas-sinonimija.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48488
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL022.pdf
  Restricted Access
1.18 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.