Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48491
Title: Il-ġens grammatikali li jieħdu l-ismijiet tal-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin : studju soċjolingwistiku
Authors: Farrugia, Michael
Keywords: Maltese language -- Grammar
Sociolinguistics -- Malta
Sociolinguistics -- Malta -- Gozo
Grammar, Comparative and general -- Gender
Issue Date: 2019
Citation: Farrugia, M. (2019). Il-ġens grammatikali li jieħdu l-ismijiet tal-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin : studju soċjolingwistiku (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Skont Bloomfield, ‘‘language plays a great part in our life. Perhaps because of its familiarity, we rarely observe it, taking it rather for granted’’. Għall-kelliema tal Malti, bħall-kelliema ta’ kull lingwa oħra, hija ħaġa awtomatika għalihom li jitħaddtu ma’ oħrajn iżda waqt li qed jagħmlu dan ftit huma dawk li jkunu konxji tal-funzjoni u t tħaddim tal-lingwa li jkunu qed jużaw. Minħabba l-ħakkiema differenti li pajjiżna għadda minn taħt idejhom u minħabba l-kuntatt ma’ lingwi differenti matul bosta snin, issawret il-lingwa Maltija. Alexander Borg isostni li: ‘‘One important catalyst for independent linguistic development in Maltese has been the factor of language contact, first with Italian and later with English, a process that introduced into the language a considerable number of extraneous (non-arabic) elements’’ . Minħabba dan il-kuntatt ‘‘Il-Malti żżewwaq b’elementi ta’ nisel barrani - anzi llum nistgħu nqisuh l-essenza ta’ taħlit li seħħ matul kuntatt twil u intimu f’din l-art żgħira” (Mifsud 18). Din it-tiżwiqa fi lsienna tirrifletti soċjetà dinamika li addattat ruħha maż-żmien skont iċ-ċirkostanzi li sabet ruħha fihom. Jesperson isostni li l-lingwa ma nistgħux nikkunsidrawha bħala xi ħaġa ta’ darba għal dejjem iżda bħala riżultat ta’ żvilupp preċidenti u l-bidu ta’ żvilupp li għad irid iseħħ (Farrugia, Il-Ġens Grammatikali li Jieħdu fil-Malti n-Nomi ta’ Nisel Ingliż, xii). Minkejja din il-bidla kontinwa fi lsienna nistgħu ngħidu li l-qofol tal-grammatika tal-Malti baqa’ l-Għarbi. Il-kategoriji grammatikali tal-Malti huma kollha wirt l-Għarbi, inkluż il-kategorija tal-ġens grammatikali, sewwasew il-kategorija li dan ix-xogħol qed jiffoka fuq aspett partikolari tagħha. Meta nitkellmu dwar il-lingwi li għandhom il kategorija tal-ġens grammatikali normalment nifhmu b’lingwi li grammatikament jikklassifikaw in-nomi tagħhom f’żewġ jew tliet kategoriji, bħall-maskil, il-femminil u n newtru bħal fil-każ tal-Ġermaniż. Nistgħu ngħidu li minkejja li ma teżistix rabta diretta bejn il-ġens grammatikali u l-ġens naturali (is-sess) xorta waħda f’ħafna lingwi teżisti rabta qawwija bejniethom. Tant hu hekk li f’bosta lingwi l-ġens tan-nomi animati jingħata ħafna drabi skont is-sess tar-referent tagħhom. M’għandniex xi ngħidu, dan mhuwiex l-uniku kriterju li jaffettwa l-għoti tal-ġens grammatikali lil mijiet ta’ nomi f’lingwi differenti. Jeżistu mekkaniżmi lingwistiċi oħra li jistgħu jinfluwenzaw l-għażla ta’ ġens minn ieħor - bħall-forma tal kelma, ngħidu aħna l-ħoss jew it-tarf tagħha. Din ir-riċerka ser tiffoka sewwasew fuq l-għoti tal-ġens lil grupp ta’ nomi partikolari.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48491
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL023.pdf
  Restricted Access
1.56 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.