Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48505
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2019-11-08T08:09:37Z-
dc.date.available2019-11-08T08:09:37Z-
dc.date.issued2019-
dc.identifier.citationFormosa, A. (2019). Temi estetiċi fil-letteratura Maltija : is-seklu għoxrin (Bachelor’s dissertation).en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48505-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractĦarsa ġenerika lejn l-istudju ta’ din it-teżina tindika li s-suġġett ewlieni ttrattat huwa l-Estetika, terminu derivat mill-kelma Griega, “aísthēsis”. L-għan ewlieni ta’ dit-teżina huwa li tagħti kontribut biex dan il-qasam jistagħna iżjed u jitpoġġa fuq sisien aktar sodi b’tali mod li jġib aktar studenti konxji ta’ din id-dimensjoni ġdida li tista’ tingħata lill-Letteratura Maltija. Fil-fatt, wieħed mill-motivi li nebbaħni biex napprofondixxi dan is-suġġett u wassalni għall-għażla deċiżiva li napplikah għal-Letteratura Maltija, huwa n-numru minimu ta’ xogħlijiet Maltin u ta’ korsijiet universitarji tal-Malti li jħarsu lejn il-Letteratura Maltija f’viżjoni estetika. Minħabba dan in-nuqqas, ikun aħjar jekk jingħata xi tagħrif ġenerali sabiex dawk li qed isegwu dit-teżina jiffamiljarizzaw ruħhom mas-suġġett speċjalizzat. It-terminu “Estetika”, fih innifsu ġie introdott mill-filosfu Ġermaniż, Alexander Gottlieb Baumgarten (1714-62), li fix-xogħol tiegħu Aesthetica, jippreżenta l-Estetika bħala l-perċezzjoni tas-sensi (Tanke u McQuillan 97). Bħala reazzjoni avversa għall-mentalità razzjonalistika ta’ Baumgarten li stabbilixxiet l-Estetika bħala dixxiplina xjentifika, jitfaċċa Immanuel Kant (1724 1804), li fix-xogħol famuż tiegħu, Critique of Judgement, jikkategorizzaha bħala fergħa filosofika ħielsa mir-raġuni (Hammermeister). Barra minn hekk, jagħtiha tifsira idjaq minn dik ta’ Baumgarten u jiddefiniha bħala l-perċezzjoni tas-Sabiħ u s-Sublimi. Dit-teżina se tkun limitata għas-Seklu Għoxrin, għax barra li l-konfini tal-ispazju u taż żmien ma jippermettux li jkunu mistħarrġa sekli oħrajn, ippreferejt li jkolli iktar wisà fejn inkun nista’ nelabora fuq seklu partikolari. Li kieku ġġeneralizzajt fuq is-Seklu Tmintax, Dsatax, u l perjodu Kontemporanju, kien ikolli inqas spazju biex nidħol fihom fid-dettall. Barra minn hekk, minħabba l-Kwistjoni tal-Lingwa, ix-xogħlijiet estetiċi tas-Seklu Tmintax u Dsatax inkitbu kollha bit-Taljan, u ladarba jiena familjari aktar mal-lingwa Maltija u Ingliża milli minn dik Taljana, għażilt li niffoka fuq is-Seklu Għoxrin biss. Għalkemm Dun Karm Psaila u b’mod speċjali, Anastasju Cuschieri, kitbu bit-Taljan ukoll, bl-għajnuna ta’ riżorsi teknoloġiċi u stampati, irnexxieli nifhem ix-xogħlijiet estetiċi-Taljani tagħhom xorta waħda. Ma jonqosx ukoll il-fatt li ladarba studjajt is-suġġett tal-Psikoloġija, dan iktar ħeġġiġni biex nitfa’ l konċentrazzjoni tiegħi fuq dan is-seklu, għax l-estetisti Moderni kemm-il darba ħarsu lejn l Estetika minn lat psikoloġiku.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectAesthetics in literatureen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 20th centuryen_GB
dc.subjectMaltese poetry -- 20th century -- History and criticismen_GB
dc.subjectLiterary styleen_GB
dc.titleTemi estetiċi fil-letteratura Maltija : is-seklu għoxrinen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorFormosa, Alessia-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL024 .pdf
  Restricted Access
1.14 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.