Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48566
Full metadata record
DC Field | Value | Language |
---|---|---|
dc.date.accessioned | 2019-11-12T13:55:50Z | - |
dc.date.available | 2019-11-12T13:55:50Z | - |
dc.date.issued | 2019 | - |
dc.identifier.citation | Saydon, R. (2019). Ir-realtà li toħloq il-letteratura (Bachelor’s dissertation). | en_GB |
dc.identifier.uri | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48566 | - |
dc.description | B.A.(HONS)MALTESE | en_GB |
dc.description.abstract | Din it-teżi tittratta l-użu tal-lingwa fil-letteratura biex tirrappreżenta u toħloq ir realtà mill-ġdid u tagħmilha tidher differenti minn kif is-soltu nesperjenzawha ’l barra mill-qasam tal-letteratura. Fl-istess ħin, il-letteratura mhijiex kopja tar-realtà u lanqas ma titbiegħed mid-dinja reali għaliex minkejja l-laqta immaġinattiva tagħha, teżisti f’relazzjoni mar-realtà ’l barra minnha. Permezz ta’ għadd ta’ studji u kitbiet ta’ teoriċi Maltin u barranin, se nistħarreġ, fost l-oħrajn, x’differenza hemm, jekk hemm, bejn il lingwa għall-iskop ta’ komunikazzjoni waqt it-taħdit ta’ kuljum u l-lingwa mħaddma fil letteratura. Il-lingwa se tingħata ħafna importanza għaliex dak kollu li tagħmel il letteratura, tagħmlu bil-lingwa; ir-realtà li toħloq il-letteratura hija realtà maħluqa mill kliem. “Literature somehow alludes to the ‘real’ while being of a different order of reality precisely because it is constituted by language” (Widdowson 12). L-għan hu li nistħarreġ ir-relazzjoni li teżisti bejn ir-realtà li ngħixu u r-realtà rappreżentata u interpretata fil letteratura biex fl-aħħar mill-aħħar nifhem kif xogħol letterarju mistħajjel, bix-xejra rappreżentattiva ġdida li jagħti lir-realtà, iwassalna biex nifhmuha u ninterpretawha f’dawl ġdid u nagħrfu aspetti minnha li ma konniex tajniehom daqstant attenzjoni qabel. Ir-relazzjoni bejn il-letteratura u l-ħajja hija tema li ħadt minn L-Idea tal Letteratura ta’ Oliver Friggieri, madanakollu, m’iniex se nagħmel analiżi tal-argumenti ta’ Friggieri u lanqas m’jien se nintrabat ma’ dan ix-xogħol. Se niffoka fuq testi teoriċi oħrajn, fil-maġġoranza tagħhom barranin, u f’xi każi nuża L-Idea tal-Letteratura bħala punt ta’ riferiment. It-testi teoriċi li minnhom se nislet il-kunċetti ċentrali li se nanalizza huma l-esej ta’ Mikhail Bakhtin “Discourse in the Novel,” il-ktieb ta’ Kendall Walton Mimesis as Make-Believe u l-kitba ta’ Ruth Lorand “Telling a Story or Telling a World?” Testi prinċipali oħra li se nuża, speċjalment fit-tielet kapitlu, huma “The Reading Process: A Phenomenological Approach” ta’ Wolfgang Iser u “Literature and Knowledge” ta’ John Gibson. L-għan tat-teżi mhuwiex li tasal għal definizzjoni tal-“letteratura” u lanqas li tipproponi li t-teknika tal-lingwa hija l-unika karatteristika importanti tal-letteratura. M’hemmx definizzjoni waħda tal-“letteratura” u bħala kunċett jista’ jintuża b’modi u f’kuntesti differenti. Hawnhekk, il-kunċett tal-“letteratura” jinftiehem bħala l-użu speċjali tal-lingwa f’xogħlijiet mistħajla li jiddefamiljarizza dak li jirrappreżenta bl-għan li l-lingwa tħalli effetti differenti u tawmenta l-esperjenza tal-qarrejja waqt il-qari. Din it teżi mhix deskrizzjoni ta’ x’inhi l-letteratura b’mod ġenerali, imma analiżi tar-riżors ewlieni tagħha, il-kliem, u l-funzjoni tiegħu biex il-letteratura tkun tista’ toħloq ir-realtà mill-ġdid. Għaldaqstant, m’iniex se niddiskuti l-prinċipji kollha li jiddeterminaw il-valur ta’ xogħol letterarju, imma se nittratta speċifikament in-natura tal-lingwa fil-letteratura u l-effetti li tħalli. | en_GB |
dc.language.iso | mt | en_GB |
dc.rights | info:eu-repo/semantics/restrictedAccess | en_GB |
dc.subject | Literature -- Philosophy. | en_GB |
dc.subject | Literature -- Aesthetics | en_GB |
dc.subject | Reality in literature | en_GB |
dc.title | Ir-realtà li toħloq il-letteratura | en_GB |
dc.type | bachelorThesis | en_GB |
dc.rights.holder | The copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder. | en_GB |
dc.publisher.institution | University of Malta | en_GB |
dc.publisher.department | Faculty of Arts. Department of Maltese | en_GB |
dc.description.reviewed | N/A | en_GB |
dc.contributor.creator | Saydon, Rachel | - |
Appears in Collections: | Dissertations - FacArt - 2019 Dissertations - FacArtMal - 2019 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
19BAMAL032.pdf Restricted Access | 942.96 kB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.